Il-ġurnalisti li jkunu qed jirrapurtaw miż-żoni tal-gwerra huma ċivili li jkunu qed iwettqu ħidma importanti waqt il-kriżi li tkun għaddejja. Huma qatt m’għandhom jispiċċaw fil-mira tal-attakki.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa l-Ġimgħa mill-għaqda Repubblika fejn tirreferi għar-rapport ippubblikat il-Ħamis mill-Committee to Protect Journalists. F’dan ir-rapport jidher li s’issa nqatlu 88 ġurnalist fil-gwerra li għaddejja f’Gaza: 83 minnhom huma Palestinjani, 2 Iżraeljani u 3 Lebaniżi.
Dan wassal biex f’din il-gwerra nqatlu aktar ġurnalisti milli qatt inqatlu matul xi gwerra oħra.
Għaldaqstant Repubblika saħqet li tikkundanna l-attakki fuq il-ġurnalisti kif tikkundanna l-attakki fuq il-persuni ċivili l-oħra kollha. Repubblika insistiet li l-vjolenza ma tista’ tkun iġġusitifikata qatt u l-ebda vjolenza ma twassal għall-ġustizzja u għall-paċi.
//= $special ?>