Rumen ta’ 40 sena nżamm arrestat b’rabta ma’ allegat importazzjoni tal-10 kilos ta’ cannabis grass, li allegatament importaha minn Sqallija hekk kif hu wasal Malta b’karozza Mercedes. Minn dak li ħareġ fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Victor George Asciak, jidher li Nicu-Cristinel Stirbu, mhux l-ewwel darba li ġie Malta.
Il-Pulizija qalet li wara li ġabret informazzjoni relatata mal-involviment ta’ persuna rigward importazzjoni tad-droga, nhar l-Erbgħa, il-Pulizija waqfet lir-raġel waqt li kien bil-vettura tiegħu fis-Swieqi. Minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu mal-10 kilos ta’ sustanza suspettata ħaxixa tal-cannabis, maqsuminn f’diversi boroż, lesti għat-traffikar.
L-akkużat qal lill-Qorti li m’għandux indirizz f’Malta u jgħix il-Ġermanja. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi mi;jubin kontrih, bl-Avukat tiegħu Charles Mercieca, ma jagħmel l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.
Irriżulta li ,membri mid-Dipartiment tad-Dwana assistew lill-Pulizija fit-tfittxijiet. Huwa ġie mixli li mporta d-droga u li kellu l-pjanta cannabis, li nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għal użu esklussiv tiegħu. Talba minn naħa tal-prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi, kienet milqugħa mill-Qorti. Il-prosekzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Alfredo Mangion u Jonathan Cassar.
//= $special ?>