Rumen ta’ 40 sena ġie arrestat b’rabta ma’ allegat importazzjoni tal-kannabis.
Wara li l-Pulizija ġabret informazzjoni relatata mal-involviment ta’ persuna rigward
importazzjoni tad-droga, l-Erbgħa il-Pulzija waqfet lil dan ir-raġel waqt li kien bil-vettura
tiegħu fis-Swieqi.
Minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu mal-10 kilogrammi ta’ sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, maqsuminn f’diversi boroż, lesti għat-traffikar.
Membri mid-Dipartiment tad-Dwana assistew lill-Pulizija fit-tfittxijiet.
Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.
Intant ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwarteri Ġenerali, il-Furjana u mistenni
jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-1100 quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak.
Waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>