Raġel ta’ 67 sena minn Ħal Qormi, li kien kkundannat disa’ xhur ħabs fuq tliet sentenzi separati talli naqas li jħallas il-manteniment lil martu kellu s-sentenza ta’ priġunerija sospiża. Dan peress li minbarra li huwa marid fejn saħansitra kien tilef l-impieg tiegħu wara li kellu siequ amputata minħabba l-kundizzjoni tad-dijabetè u spiċċa jikri r-residenza fejn jgħix u b’pensjoni ta’ 800 ewro fix-xahar ma seta’ qatt ilaħħaq mal-manteniment.
Il-Qorti tal-Maġistrat kienet kkundannatu tliet xhur ħabs fuq tliet sentenzi li jirrigwardjaw in-nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment, bil-Qorti tal-Appell Kriminali tibdel is-sentenza għal tliet xhur ħabs sospiżi għal sena, ma kull waħda.
B’rabta mad-diversi kawżi li qed isiru konrih, ir-raġel ippreżenta rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdiuzzjoni Kostutuzzjonali tagħha fejn qed jgħid li qed jinkisru d-drittijiet fundamentali tiegħu, li każ ippreżentaw kontra l-eks mara tiegħu u l-Avukat ta’ l-Istat.
Huwa nstab ħati li naqas li jħallas il-manteniment fuq diversi perjodi tas-sena 2022. Li kien jiġri hu li meta l-eks mara tiegħu ma kienitx tirċievi l-manteniment kienet tagħmel rapport lill-Pulizija u sussegwentement jerġa’ jitressaq il-Qorti u jinstab ħati. Dwar dan hemm sentenza oħra li kif għamel fuq it-tlieta fl-Appell, hemm appelli pendenti fuqhom.
Ir-raġel kien issepara minn ma’ martu fis-7 ta’ Mejju, 2010 fejn hu kien intrabat li jħallas is-somma ta’ 466 ewro kull erbgħa ġimgħat bħala manteniment. Huwa appella fuq il-fatt li mhux possibbli li jagħmel dan u dan minħabba li ma jistax jgħix bid-dħul li għandu.
Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Edwna Grima qalet li kienet qed tifhem ukoll li kif qal l-akkużat, fejn seħħet ċirkostanza li m’għandux kontroll fuqha. Ingħad ukoll li l-piena tal-Ewwel Qorti kienet fil-parametri tal-liġi, fejn hu kien akkużat b’reat kontinwat.
B’mod komplessiv ir-raġel għad baqalu jħallas lill-eks martu is-somma ta’ 1,614 ewro, li dawn iridu jintraddu lura. Għaldaqstant il-Qorti tal-Appell issospendiet il-piena ta’ priġunerija effettiva. Għalih deher l-Avukat Josè Herrera.
Sadanittant sar rikors Kostituzzjonali dwar dan il-każ li jgħid li wara li għamel perjodu l-ħabs, kien ukoll waqa’ lura fil-ħlas tal-manteniment u konsegwenza ta’ dan saru 11-il kwerela separata kontrih, li dawn taw lok għal proċeduri kriminali kontrih, li lkoll ġew deċiżi u jinsabu pendenti fil-Qorti Kriminali.
Ir-rikors jgħid ukoll li tmienja mill-każijiet ġew deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, fejn għal kull waħda ġie kundannat xahar ħabs. Fit-tlieta l-oħra li l-appell tagħhom ġie deċiż huwa ġie kundannat tliet xhur ħabs għal kull każ.
Ir-rikors jgħid li b’kollox ir-raġel ġie kundannat 17-il xahar ħabs, u li kif se jirriżulta fis-smiegħ tal-proċeduri jirriżulta waqt is-smiegħ tal-proċeduri, huwa ma jistax iħallas dan il-manteniment, u li ma ħallasx dak pendenti mhux b’xi kapriċċ.
Jingħad ukoll filwaqrt li fl-2010 meta ġie ffirmat il-kuntratt ta’ separazzjoni personali huwa kien jaħdem, illum peress li għandu 67 sena, u huwa marid serjament, konsegwenza li huwa mpossibbli li jħallas 466 ewro kull erba’ ġimgħat.
Għaldaqstant mar-rikors ġew esebiti żewġ ċertifikati mediċi u case summary maħruġ mill-isptar Mater Dei, li jindikaw li huwa tilef numru ta; swaba minn saqajh u għalhekk ma jistax jaħdem. Il-fatt li huwa għandu għexieren ta’ kawża pendenti, u jekk se jibqgħu jsiru r-rapporti kontrih, il-probabbilita kbira hija li se jqatta’ l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu l-ħabs.
Dwar dan huwa beda proċeduri fil-Qorti tal-Familja fejn hemm preżenti medjazzjoni pendenti li tali proċeduri jieħdu ż-żmien tagħhom u mhux se jkunu ta’ soluzzjoni għalih u li dan kollu qed iwassal fil-konfront tiegħu għal trattament inuman u degradanti.
Ir-rikors Kostituzzjonali jgħid ukoll li qed issir diskriminazzjoni bejn persuni li jinsabu fis-sitwazzjoni ta’ dan ir-raġel, li għalhekk qed jitlob lill-Qorti li minħabba li ġie kundannat piena ta’ priġunierija ta’ 17-il xahar, qed jinkisrulu id-drittijiet tiegħu għall-protezzjoni li kollu jfisser trattament inuman u degradanti, kif sanċitu mill-Kostutuzzjoni ta’ Malta u mill-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.
Għal daqastant qed jitlob lill-Qorti biex tagħti dawk ir-rimedji xierqa għat-twettiq tad-drittijiet fundamentali tiegħu. Ir-rikors kien iffirmat mill-Avukati Josè Herrera, David Camilleri u Martina Herrera.
//= $special ?>