Tal-anqas erba’ persuni mietu f’nirien kbar li ħakmu blokk residenzjali għoli fil-belt Spanjola ta’ Valencia.
In-nirien ħakmu blokka ta’ 14-il sular u nfirxu għal bini tal-madwar. Huwa mifhum li r-riħ qawwi firex in-nar, iżda hemm ukoll suspetti li ċertu kisi li jaqbad ħafna ppermetta li n-nar jinfirex malajr.
Ħaddiema tat-tifi tan-nar dehru jsalvaw lin-nies mill-gallariji. Tal-anqas 14-il persuna, fosthom sitt pompieri u tifel żgħir, indarbu filwaqt li dsatax-il persuna oħra għada rrappurtata nieqsa.
//= $special ?>