L-Istati Uniti għadha kemm ħabbret aktar minn 500 sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja b’konnessjoni mal-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tal-Kremlin u anki fir-rigward tal-mewt, ġimgħa ilu, tal-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny.
Is-sanzjonijiet huma diretti kontra l-magna tal-gwerra ta’ Vladimir Putin u n-nies li għandhom ‘konnessjoni’ mal-priġunerija fit-tul ta’ Navalny. Fl-istess ħin l-Istati Uniti qed timponi r-restrizzjonijiet għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ xi 100 kumpannija u individwu fir-Russja.
L-Unjoni Ewropea wkoll ħabbret is-sanzjonijiet fil-konfront ta’ Moska – bil-Kremlin iwieġeb b’li jipprojbixxi lill-Uffiċjali tal-UE milli jidħlu r-Russja.
//= $special ?>