Mara li rrapportat lis-sieħeb tagħha li kkaġunalha vjolenza psikoloġika u dan minħabba li għandu problema tad-droga, ħafritlu u qalet li lesta li tgħinu jaqta’ l-vizzju tad-droga, u li trid ukoll tkompli fir-relazzjoni tagħha miegħu. Fil-Qorti ħareġ li l-akkużat ilu jipprova jidħol għal programm bid-difiża tgħid li għandha tingħata prominenza mill-istat fuq affarijiet bħal dawn.
L-Avukat qal li tkellem ma’ ‘probation officer’ fejn qaltlu li għandha xi 70 persuna ma xhied tlaħħaq. L-istat għandu jinvesti, mhux ma jassenjax riżorsi. Il-mara qalet fil-Qorti li s-sieħeb tagħha ta’ 45 sena, wettaq magħha dawn l-atti minħabba d-droga u mhux għax il-karattru tiegħu huwa hekk. L-Ispetturn Christian Cauchi li ressaq lir-raġel qal lill-Maġistrat Viktor Asciak li nhar l-Erbgħa, l-allegata vittma għamlet rapport permezz ta’ telefonata li s-sieħeb tagħha kien qded jikkawżalha biża.
Fir-rapport hija qalet lill-Pulizija li ilhom 23 sena flimkien u minn din ir-relazzjoni għandhom tifel ta’ 20 sena. Qalet ukoll li kemm il-darba jeħdoliha l-mobile u jbeżżagħha bl-attitudni tiegħu.
L-Ispettur Cauchi qal li l-akkużat għandu każ ieħor pendenti li jinsab fi stadju ta’ appell u li kiser ukoll ordni ta’ probation. Tenna li kien se jitressaq il-Ħamis, imma l-akkużat beda jgħid li kien se jweġġa’ lilu nniffsu u għalhekk ittieħed l-isptar Monte Carmeli. Kien il-Ġimgħa filgħodu li tabiba mill-isptar infurmat lill-Pulizija, li r-raġel se jiġi rilaxxat.
L-Avukat Nicholas Mifsud li deher għall-akkużat staqsa lill-Ispettur jekk l-allegata vittma li kienet preżenti fl-awla tkellmitx fuq dan il-każ. Wara talba li saret lilha, jekk tridx tixhed , hija qalet li kienet lesta li tagħmel dan u li kienet kellmet lill-Avukat Mark Mifsud Cutajar, u dan qalilha li jekk riedet taħfirlu, għax hekk kienet esprimet ix-xewqa miegħu, setgħet tagħmel dan fil-Qorti.
Hi qalet lill-qorti li trid twaqqa l-każ għax il-problema hi tad-droga, mhux għax irid hu. Tenniet li għandu bżonn li jindirizza l-problema, qalet ukoll li għall-ġid tal- familja familha aħjar jaqa’ l-każ għax billi jidħol il-ħabs mhux se jissolva xejn,.
“Programm għandu bżonn,, jien u hu noqgħod uil-Qawra flimkien u għandu l-ommu u jekk hemm bżonn jista; jmur għandha,” qalet l-allegata vittma. Qalet li kien hemm tentattiv minnu, fejn kien qed imru il-Caritas imma hemm lista twila għall-programm, u qed jistenna forsi jidħol Dar l-Impenn u hemm ukoll qiegħed fuq il-lista u sal ġimgħa li għaddiet kien segwit mis-social workers.
Mistoqsija mill-Qorti u mill-partijiet kien kienitux qed tixhed minn jeddha, hija wieġbet fl-affermattiv. “Naħseb li l-aħjar li jmur joqgħod għandu ommu, u jien rrid inkompli fir-relazzjoni miegħu”. Dak il-ħin il-Maġistrat deher ilissen il-kliem waqt li kien qed iqalleb minn xi dokumenti, li kien qed idejjqu l-assessjar fil-konfront tal-akkużat li kien sar fuqu.
Kienet mitluba wkoll tixhed omm l-imputat li wkoll kienet preżenti fl-awla, dwar il-possibilità li jmur jgħix magħha. “Nisperaw li ma jaqbadx u jbiegħli l-affarjiet li kien xtrali r-raġel. Jien irridu wkoll jidħol fil-programm imma hemm ‘waiting list’, twila u affarijiet gravi bħal dawn messhom iġibuhom l-ewwel għall-attenzjoni, u nispera li jekk jidħol mhux jagħmel ġimgħa u jitlaq għax jgħid li ddejjaq.
L-Avukat difensur qal li jidher li minkejja li għamlet rapport, jidher li hemm min irid jgħin. “Kapaċi għall-programm u lesta li ngħinu u nagħtih is-support kollu” qalet is-sieġba tiegħu fil-qorti. L-Avukat difensur qal li nitfgħuħ l-ħabs u noqgħodu nitolbu għalll-pleġġ, mhux vallapena, l-aħjar jmur ma’ ommu, u jibda l-programm.
Wara li kkritika lill-awtoritajiet fuq in-nuqqas ta; riżorsi, l-avukat tiegħu qal li l-ħabs jitfgħu aktar lura. L-allegata vittma qalet li nhar it-Tnejn għandu appuntament id-Deotx, li għamlitu hi. Il-Qorti wara li semgħet lill-allegata vittma, u semgħet ukoll lill-omm l-imputat, qalet li pprovat tifhem iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, semgħet ukoll il-partijiet jagħtu l-verżjoni tagħhom u aderrixxiet max-xewqa tal-allegata vittma li jitawaqqgħu l-proċeduri konra l-imputat.
Il-Q qalet li rat dawn iċ-ċirkostanzi u qed twaqqaf il-proċeduri. L-allegata vittma talbet lill-Qorti biex ikun hemm divjet fuq l-ismijiet kollha, fejn il-prosekuzzjoni u d-difiża qablu wkoll. Il-Maġistrat ikkonferma li l-każ waqa’ u l-proċeduri jiefqu hawn.
//= $special ?>