Lokali

Inawgurati laboratorji tal-inġenjerija fl-Università ta’ Malta

Il-Ġimgħa filgħodu ġew inawgurati laboratorji għar-riċerka tal-Inġinjerija fi ħdan l-Università ta’ Malta b’investiment ta’ €39 miljun. Minn dan, €30 miljun ġew grazzi għal fondi mill-Unjoni Ewropea – bi 80% fondi diretti mill-Ewropa.

Dawn il-laboratorji huma parti mill-kumpless bl-isem TRAKE,  u se jilqgħu fihom studenti li qed jistudjaw f’livell ta’ Masters u Dottorat.

Fihom se ssir riċerka marbuta mal-inġinerija tal-manifattura, l-intelliġenza artifiċjali, l-awtomatizazzjoni u l-inġinerija robotika – kemm għall-vetturi fuq l-art, fuq il-baħar u anki dawk aerospazjali.

Dan kollu grazzi għal fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – fondi Ewropej li se jkunu qed ifasslu u jsaħħu r-riċerka tal-inġenjerija fl-Università ta’ Malta. Dawn il-flus mill-UE intużaw kemm f’dak li kellu x’jaqsam kostruzzjoni kif ukoll għat-tagħmir essenzjali. Id-Dekan tal-Faultà tal-Inġenjerija, il-Professur Andrew Sammut, iddeskriva dan il-proġett bħala game changer għall-industrija u għall-pajjiż f’dan il-qasam.