Lokali

INVAZJONI UKRAJNA: Sentejn ta’ telf ta’ ħajja, tixrid ta’ demm u inċertezza

L-24 ta’ Frar – Jum imdallam għall-Ewropa kollha.

Dan hekk kif bħal-llum sentejn, l-Ewropa stembħet maħsuda bl-aħbar tal-invazjoni Russa fuq l-Ukrajna …. Deskritta bħala l-akbar invazjoni Ewropea wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

Sentejn imsarfa f’telf ta’ ħajja, tixrid ta’ demm u inċertezza.

Miljuni maqtulin … familji li spiċċaw bla kenn fuq rashom…mifrudin u mbikkma sforz il-gwerra li ġiet fuqhom mingħajr mistenni. Mijiet ta’ tfal orfni – bi tfulija misruqa minn ħoġorhom. Ibliet sħaħ mġarfa u t-truppi Russi ġew akkużati li wettqu atroċitajiet li ixxukkjaw lid-dinja.

Waqt ċerimonja li saret is-Sibt filgħodu, fl-ajruport ta’ Gostomel li jinsab ftit metri il’ bogħod mill-Kapitali Kiev, li kien il-mira tal-attakki mill-armata Russa fl-ewwel jiem tal-offensiva tagħha, il-President Volodymyr Zelenskiy wiegħed li l-Ukrajna se tibqa’ tiġġieled sakemm tegħleb u tirbaħ lill-qawwiet Russi, minkejja n-nuqqas ta’ għajnuna mill-pjaiżi tal-Punent.

Dan filwaqt li insista li d-deċiżjonijiet dwar il-provvisti tal-armi għandhom ikunu “il-prijorità”.

“So I’m here to pay tribute, to pay tribute to the brave defenders, and to bow my heads to all of who have sacrificed their lives for the freedom of Ukraine and for the freedom of all of us. Glory to Ukraine.

Dan filwaqt li l-Prim Ministru tal-Italja Giorgia Meloni, f’diskors mimli kuraġġ qalet li kif iċ-ċivili Ukreni qegħdin jiddefendu pajjiżhom b’tant imħabba u għozza, qiegħdin jiddefendu l-Ewropa kollha.

“And here we are today to say thanks. To those men and women who, on the 24th of February two years ago, did not run away and instead fought for themselves, for their families, for what they hold most dear. Europe, the West, are here to celebrate an act of love, because here the Ukrainians defended what they loved. In so doing, they also defended us.

Minn naħa tagħha, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen faħħret ir-reżistenza straordinarja tal-armata ukrena.

“We’re here to tell you that Europe will continue to stand at your side for as long as it takes. With more financial support, more ammunition, more training for your troops, more air defenses, and more investment in Europe’s and Ukraine’s defence industries

Il-Kap militari tal-Ukrajna Oleksandr Syrsky qal li jinsab kunfidenti fir-rebħa kontra l-armata Russa għax fi kliemu “id-dawl dejjem jirbaħ id-dlamijiet”, dan filwaqt li l-Kap tan-NATO Jens Stoltenberg ħeġġeġ lill-Ukeni u lill-alleati tagħha sabiex ma jitilfux it-tama u jqawwu qalbhom.

Fl-aħħar jiem l-armata Russa ħadet il-kontroll sħiħ tal-belt fil-Lvant tal-Ukrajna …. wara xhur ta’ ġlied qawwi. Dan filwaqt li fl-aħħar ġimgħa, il-Kungress tal-Istati Uniti imblokka l-għajnuna lill-Ukrajna ta’ 55 biljun Ewro.