Lokali

Jitlef ħajtu wara li waqa’ żewġ sulari fuq il-post tax-xogħol

Sfortunatament, tilef ħajtu ir-raġel ta’ 43 sena mill-Ghana … illi l-Ġimgħa waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-Marsa.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ wara nofsinhar, fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.

Il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.