Rowen Camilleri
MOSTA…………………….0
BIRKIRKARA…………….2
Mosta: U. Akpan, G. Valios, D. Aneni (J. P. Farrugia 74’), H. Nwoga, P. Tenebe, A. Hovhannisyan (C. Nnagi 46’), B. Dao (K. Tulimieri 46’), W. Britto, N. Agius (T. Shedrack 79’), J. Vassallo, Z. Brincat (J. Scerri 39’)
Birkirkara: M. Zapytowski, E. Pepe, P. Mbong (O. Elouni 66’), A. Zammit (N. J. Agius 84’), E. P. Beltre, N. Micallef, A. Coppola, E. Sarpong (A. Stariano 40’), S. Zibo, A. Diakite, A. Ciolacu (M. Maia 84’)
Imwissija: E. Sarpong 34’, M. Zapytowski 89’ (B), Z. Brincat 37’, D. Aneni 45+3’, K. Tulimieri 90+1’ (M)
Skorjaw: A. Ciolacu 3’, A. Zammit 23’ (B)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Luke Portelli u Duncan Spencer
BOV Plejer tal-Logħba: Andrea Zammit (Birkirkara)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Simon Zibo (Birkirkara)
Birkirkara kisbu tliet punti importanti u telgħu momentarjament fir-raba’ post meta fit-tieni logħba tas-Sibt fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Mosta 2-0, biż0żewġ gowl jaslu fl-ewwel taqsima. Min-naħa l-oħra Mosta b’din it-telfa jibqgħu fl-10 post tal-klassifika b’20 punt iżda b’Valletta li jridu jilagħbu l-Ħadd kontra Marsaxlokk.
Birkirkara ħadu biss ftit inqas minn tliet minuti logħob biex marru fil-vantaġġ meta Andrea Zammit għadda lejn Andrei Ciolacu li minn tarf il-kaxxa venven xutt mill-isbaħ li spiċċa fir-rokna tax-xibka minkejja t-tentattiv ta’ Akpan.
Birkirkara jirduppjaw fit-23 minuta meta l-ewwel ikun xutt ta’ Zibo li impenja lil Akpan, bil-ballun jasal fuq ras Andrea Zammit li iżda sab lill-goalkeeper Mosti għal darb’oħra attent iżda bil-ballun jirritorna għand Zammit li b’mod akrobatiku din id-darba ma ta l-ebda ċans lil Akpan għat-tieni gowl Karkariż.
Man-nofs siegħa logħob Mosta ramew ċans tad-deheb meta minn żball ta’ Pepe il-ballun jiġi għand Nwoga li iżda minn qagħda favorevoli spara għoli.
Sitt minuti wara Zachary Scerri ifalli ċans ieħor għal Mosta meta minn quddiem Zapytowski ra x-xutt fil-baxx tiegħu ikun imtajjar mill-goalkeeper Pollakk. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel 45 minuta bl-Istripes jidħlu jistrieħu f’vantaġġ ta’ 2-0.
L-ewwel azzjoni fit-tieni taqsima waslet fil-61 minuta minn Mosta metta minn free-kick mogħti minn Tenebe li dendel kross fil-kaxxa Aneni iżda jara’ d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi barra.
Mosta jibqgħu jinsinstu tmien minuti wara b’azzjoni bejn żewġ sostituti fejn kien Tulimieri li tefa’ kross li sab lil Nwgoa li b’sidru niżżel lejn Nnaji iżda l-konklużjoni tiegħu spiċċat f’idejn Zapytowski.
Attakk ieħor minn Mosta fl-84 minuta, kross ta’ Jake Vassallo fil-kaxxa bl-attakkant Niġerjan Henry Nwoga jogħla fuq kulħadd iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu tmur barra wara li ħabtet mal-art.
L-isforzi tal-Mostin kienu kollha għal xejn hekk kif wara sitt minuti ta’ ħin miżjud, ir-referee Trustin Farrugia Cann saffar tmiem il-partita bil-punti kollha meritatament imorru għan Birkirkara.
//= $special ?>