Atletika Sport

Alaa’ Hrioued jirbaħ il-LifeStar Malta Marathon

L-atleta Franċiż-Marokkin Alaa’ Hrioued rebaħ il-LifeStar Malta Marathon f’ħin ta’ sagħtejn 18-il minuta 54 sekonda. Hu temm qabel l-atleti Maltin Andrew Grech u Matthew Xuereb. F’kummenti wara t-tellieqa, Hrioued qal li l-kundizzjonijiet tat-temp waqqfuh milli jikser il-ħin rekord tat-tellieqa.

Minn naħa l-oħra, l-atleta Skoċċiża Jemima Farley rebħet il-kategorija tan-nisa fejn temmew qabel l-atleta mill-Litwanja Jelena Abele u l-atleta mir-Repubblika Ċeka Zuzana Picmanova. Farley stqarret li kienet kuntent ferm bir-rebħa u anke bil-ħin rekord, hekk kif temmet it-tellieqa f’sagħtejn 35 minuta u 41 sekonda.

Fin-nofs maratona, l-Ingliż Matthew Willis rebaħ il-kategorija tal-irġiel b’ħin ta’ siegħa tliet minuti u 38 sekonda, fejn temm qabel Oisin Martyn u Simon Borg. Mill-kategorija tan-nisa, kienet il-Marokkina Sanaa Achahbar li rebħet in-nofs maratona fejn temmew qabel Rosalie Borg u Margarita Ntina.

Fi tmiem it-tellieqa ċ-Chairman ta’ LifeStar, Paola Catalfamo qal li l-ewwel esperjenza fl-organizzazzjoni tal-Maratona ta’ Malta kienet suċċess.