Futbol Sport

Floriana jnaqqsu d-distakk minn ma Ħamrun Spartans għal tliet punti

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Naxxar L…………………………..0

Floriana……………………………..3

Naxxar L.: M.Debono, N.Micallef , P.F.Barbosa ( R.Mercieca 68’) M.Fenech (G.Bonanno 68’), P.Servo de Carvalho , F.E. Cerqueira, L.F.Farrugia, R.G.Cassar, M.Da Silva Moreira ( D.Falzon 68’), Da Silva De Souza (A.S.Azzopardi 68’), I.Yasukaze.

Floriana: G.Kitanov, K.Reid ( K.Nwoko 84’), L.Furtado ( C.Rovas 84’), K.Reid, A.Garzia , M.Nogureira ( M.Veselji 75’), D.Vella, O.Spiteri , N.M.Garcia ( L.De Grazia 62’) , A.Kouro. C.Zammit Lonardelli ( A.Magri Overend 76’).

Referee: S. Petrovic

Assistenti Referees: J. Spiteri, R. Curtis

Floriana kisbu rebħa importanti li issa tpoġġihom biss tliet punti taħt Ħamrun Spartans meta għelbu lil Naxxar Lions 3-0. Floriana fil-vantaġġ wara 17-il minuta permezz ta’ Alexandros Kouro.

Il-Greens irdoppjaw qabel il-mistrieħ meta din id-darba kien Aleandro Garzia biex mal-ftuħ tat-tieni taqsima kien Luis Furtado li għamilhom 3-0.