Futbol Sport

Futbol Ingliż: Xorti mħallta għat-timijiet ta’ Manchester

(Ritratt: EPA)

Xorti mħallta għat-timijiet ta’ Manchester, fejn iċ-champions Manchester City kisbu rebħa oħra barra minn darhom għand Bournemouth biex resqu biss punt taħt il-leaders Liverpool, filwaqt li Manchester United sofrew telfa f’Old Trafford kontra Fulham.

Ir-rebħa kienet ferm importanti għal Manchester City iżda l-wirja tagħhom xejn ma kienet konvinċenti fejn Bournemouth taw battikata lit-tim ta’ Pep Guardiola u setgħu anki kisbu punt bi ftit fortuna.

Il-goal rebbieħ ta’ Manchester City kien skorjat minn Phil Foden fl-24 minuta tal-ewwel taqsima.

F’Old Trafford diżappunt kbir għal Manchester United li kienu megħlub fl-aħħar sekondi tal-logħba b’goal ta’ Iwobi fis-97 minuta.

Kollox seħħ fit-tieni taqsima meta Bassey poġġa lil Fulham fil-vantaġġ iżda kien Harry Maguire fid-89 minuta li kiseb id-draw biex fis-seba’ minuta ta’ ħin miżjud wasal il-goal rebbieħ ta’ Iwobi.

Spettaklu f’Villa Park fejn Aston Villa saħħew ir-raba’ pożizzjoni b’rebħa ta’ 4-2 kontra Nottingham Forest.

Dominju totali mit-tim immexxi minn Unai Emery fl-ewwel taqsima fejn Villa bnew tliet goals vantaġġ permezz ta’ Ollie Watkins u doppjetta ta’ Douglas Luiz.

Iżda fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima Forest naqqsu l-iskor permezz ta’ Niakhate’ u kif bdiet it-tieni taqsima kien il-captain ta’ Forest Gibbs-White li fetaħ il-logħba beraħ bit-tieni goal.

Fil-61 minuta Villa għalqu l-logħba bir-raba’ goal skorjat minn wieħed mill-aħjar plejers tagħhom Bailey.

Brighton salvaw punt fl-aħħar battuti tal-logħba biex ċaħħdu lil Everton minn tliet punti prezzjużi.

Everton fetħu l-iskor fit-73 minuta permezz ta’ Branthwaite u tmien minuti wara Brighton kellhom lil Gilmour imkeċċi.

Minkejja li b’għaxar players Brighton salvaw il-logħba fil-95 minuta b’goal tal-captain Dunk fuq kross ta’ Gross.

Debutt mill-aqwa għall-manager Awstrijak Oliver Glasner fuq il-bank ta’ Crystal Palace hekk kif l-Eagles għelbu lil Burnley 3-0 f’Selhurst Park.

Il-logħba kienet diffiċli għal Burnley li kellhom lil Brownhill imkeċċi fil-35 minuta.

Fit-68 minuta Richards fetaħ l-iskor għal Palace, tliet minuti wara Ayew skorja t-tieni goal u fid-79 minuta kien Mateta minn penalty li għalaq il-logħba bit-tielet goal.

Riżultati:

Aston Villa 4-2 Nott. Forest

Brighton 1-1 Everton

Crystal Palace 3-0 Burnley

Man. United 1-2 Fulham

Bournemouth 0-1 Man. City

Arsenal 4-1 Newcastle

Il-Ħadd:

2:30pm – Wolves vs Sheff. United

It-Tnejn:

9pm – West Ham vs Brentford