Futbol Sport

Futbol Taljan: Sassuolo jidħlu fl-inkwiet

(Ritratt: EPA)

Sassuolo daħlu f’iktar inkwiet fin-naħa t’isfel tal-klassifika meta lbieraħ tilfu l-konfront dirett kontra Empoli li issa jinsabu ħames punti fuqhom.

Luperto fetaħ l-iskor għal Empoli wara 11-il minuta u Sassuolo kellhom jistennew sat t-tieni taqsima biex għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Pinamonti minn penalty.

Fl-64 minuta penalty favur Empoli li kien ittrasformat minn Niang u Sassuolo kisbu t-tieni draw tagħhom fis-77 minuta permezz ta’ Ferrari.

Fl-94 minuta Empoli skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ Simone Bastoni.

F’logħba oħra telfa oħra għat-tim tal-qiegħ Salernitana li kien megħlub minn Monza li kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva wara s-suċċess 4-2 kontra Milan.

Il-goals ta’ Monza kienu skorjati minn Daniel Maldini u minn Pessina.

Riżultati

Sassuolo v Empoli 2-3

Salernitana v Monza 0-2

Genoa v Udinese 2-0

Illum

12:30 Juventus v Frosinone

15:00 Cagliari v Napoli

18:00 Lecce v Inter

20:45 Milan v Atalanta

Għada

18:30 Roma v Torino

20:45 Fiorentina v Lazio