Internazzjonali

Il-film Oppenheimer jibqa’ jiddomina

Is-serata tas-SAG Awards kienet waħda immarkata minn ħafna emozjonijiet, fejn mill-ġdid  rajna l-film ‘Oppenheimer’ jirbaħ bosta unuri fosthom; Cillian Murphy għall-aqwa attur, Robert Downey Jr għall-irwol f’parti sekondarja, kif ukoll l-unur ta’ outstanding performance.

Fost oħrajn Lily Gladstone rebħet l-unur tal-aqwa atriċi fil-film ‘Killers of the Flower Moon’ u Da’Vine Joy Randolph rebħet l-unur tal-aqwa attriċi f’parti sekondarja fil-film ‘The Holdovers’.

Mill-kategorija tat-televiżjoni, l-unuri tal-aqwa attur u l-aqwa attriċi intrebħu minn Steven Yeun u Ali wong mis-serje ‘Beef’. Waqt li l-aqwa attur u attriċi f’serje komika interbħu minn Jeremy Allen White u Ayo Edebiri mis-serje ‘Bear’.

Intant, it-30 edizzjoni tal-iScreen Actors Guild Award kienet idominata mill- kantanta Barbra Streisand tirċivi l-unur ta’ Lifetime Achievement

Dan filwaqt li l-cast ta’ ‘The Devil Wears Prada’ reġgħu iltaqgħu mill-ġdid.

Il-film ‘Barbie’ mill-ġdid ma rebaħ l-ebda unuri minkejja li kien l-aktar film li għamel suċċess fil-Box Office.