Inter komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 4-0 fuq Lecce. Il-gowls ta’ Inter kienu skorjati minn doppjetta ta’ Lautaro Martinez, Davide Frattesi u Stefan de Vrij.
Juventus kisbu rebħa ta’ 3-2 fuq Frosinone. Juventus fil-vantaġġ permezz ta’ Dusan Vlahovic wara tliet minuti. Forsinone dawru r-riżultat b’gowls minn Walid Cheddira u Marco Brescianini. Fit-32 minuta, Vlahovic ġab l-iskor indaqs. Lejn it-tmiem kien Daniele Rugani li skorja l-gowl tar-rebħa għal Juventus.
Milan u Atalanta temmew fi draw ta’ 1-1. Rafael Leao poġġa lil Milan fil-vantaġġ wara biss tliet minuti. Atalanta ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ penalty Teun Koopmeiners fit-42 minuta.
Riżultat diżappuntanti għal Napoli hekk kif ukoll temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Cagliari. Gianluca Lapadula fetaħ l-iskor fis-36 minunta. Għal Napoli ġab l-iskor indaqs fis-66 minuta Victor Osimhen.
//= $special ?>