Futbol Sport

It-tielet rebħa konsekuttiva għal Gżira United

(Ritratt: Joseph Galea)

Neil Camenzuli

SIRENS…………………………0

GŻIR UNITED ……………...…4

Sirens: A.Cassar, D.Murillo, P.Boakye (D.Agius 78’), H.Gomda, N.Pulis (A.Ceesay 78’), A.Panayioutu(O.Ilic 81’), G.Martins (F.Boateng 81’), B.Asare (M.Akadom 46’), S.Borg, K.Donsu, D.Jackson

Gżira U: D.Zarkov, C.Conceicao, T.Aldama (A.Borg 78’), Z.Scerri, L.Macula (K.Spence 33’), L.Riascos. F.Romero, B.Borg (B.Dacosta 90′), T.Espindola, J.Mendoza (T.Kenezevic 90′)

Imwissija: Z.Scerri 5’, Z.Cassar 18’, T.Aldama 73’(G),  P.Boakye 10’, N.Pulis 16’  (S)

Skorjaw:  Z.Scerri 23, 65’, K.Spence 90′, K.Tomislav 90′ (G)

Referee: Daniel Portelli

Assistenti Referees: Max-Lee Muscat u Charles Agius

BOV Plejer tal-Logħba: Brooklyn Borg (Gżira)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Zachary Scerri (Gżira)

Gżira United rebħu t-tielet partita konsekuttiva tagħhom b’prestazzjoni dominanti fuq Sirens fis-Centenary Stadium, b’ Gżira United issa jinsabu b’24 punt wara 18-il partita, u f’pożizzjoni ħafna iktar komda fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni.

Gżira ħarġu fuq l-offensiva fl-ewwel 5 minuti logħob bl-ewwel tentattiv jasal mill-Kolombjan Mendoza b’xutt potenti minn barra l-kaxxa jgħaddi għoli.

Gżira komplew jattakkaw u fetħu l-iskor fit-23 minuta bil-gowl jasal minn azzjoni maħduma tajba minn Borg u Aldama bil-plejer Spanjol jitfa’ kross baxx fil-kaxxa u jsib il-captain tat-tim Zachary Scerri li bil-kalma kollha xeħet fir-rokna t’isfel tal-lemin.

Sirens irrispondew fit-28 minuta b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Pulis, bir-riħ u nuqqas ta’ vizibiltà jkabbar id-diffikultà għal Zarkov pero l-goalkeeper Kroat jevita l-periklu tajjeb.

Sirens għal darb’oħra perikolużi fl-40 minuta din id-darba permezx ta’ Bismark mil-lemin, bit-tentattiv tiegħu ukoll jgħaddi barra.

Fid-59 minuta Gżira jkollhom l-ewwel ċans tat-tieni taqsima li jasal minn Zachary Scerri, bil-ballun jiġi devjat mid-difensuri f’korner.

Fil-65 minuta Gżira rduppjaw l-iskor bl-istess Zachary Scerri jsib ix-xibka għat-tieni gowl personali meta għeleb lil Cassar b’konklużjoni baxxa minn penalty li wasal minn handsball kommess fil-kaxxa.

Fis-87 minuta s-sostitut Andrew Borg b’ċans tajjeb li jkabbar il-vantaġġ minn pass ta’ Spence, b’Borg ma jirnexxielux jikkonkludi fix-xibka bl-intervent tajjeb ta’ Cassar.

Żewġ gowls fl-aħħar minuti tal-partita ssiġillaw ir-rebħa għall-Maroons, Kyle Spence skorja fit-tieni partita konsekuttiva hekk kif isiġilla r-rebħa għat-tim tiegħu mill-viċin bil-gowl jasal fid-90 minuta. Żewġ minuti wara sostitut ieħor isib ix-xibka din id-darba Tomislav Knezevic jegħleb lil Cassar b’gowl mill-isbaħ minn barra l-kaxxa, bil-plejer Kroat jiskorja l-ewwel gowl tiegħu ma’ Gżira.