Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, qal li hu u l-Gvern tiegħu qegħdin jaħdmu fuq possibbiltà ġdida li jinħelsu aktar ostaġġi miżmumin f’Gaza mit-terroristi tal-Ħamas.
Dan wara li l-Kabinett tal-Gwerra ta’ Iżrael kien aġġornat dwar l-eżitu tat-taħditiet dwar waqfien mill-ġlied fil-Medda ta’ Gaza li saru f’Pariġi u fejn kien irrappurtat ‘il-progress sinifikanti’.
It-taħditiet ta’ Pariġi saru bħala parti min-negozjati intiżi lejn waqfien mill-ġlied ieħor bejn Iżrael u l-Ħamas — kif ukoll għall-ħelsien tal-ostaġġi li nħatfu f’Ottubru waqt ir-rejds qattiela storiċi tat-terroristi fuq il-komuniatjia tal-Iżraeljani. F’dawn in-negozjati ħadu sehem ukoll il-medjaturi mill-Eġittu, il-Qatar u l-Istati Uniti.
Sadanittant, il-pulizija f’Iżrael, fl-aħħar sigħat, kellhom jintervjenu biex iwaqqfu l-protesti f’Tel Aviv mid-dimostranti Iżraeljani li kienu qed jinsistu għar-riżenja ta’ Netanyahu minn Prim Ministru.
//= $special ?>