BALZAN …………………….. 0
HIBERNIANS ………………..0
Balzan :R. Briffa, I. Bozovic, A. Prates, S. Arab, T. Caruana, J. Busuttil, R. Michibuchi, N. Zerjal, N. Braunovic, O. Rommens, H. Blackwood
Hibernians: I.Kone, K. Shaw, L. Caruana, J. Degabriele, A. Radchenko, G. Artiles, C. Bonanni, M. Bugayoko, G. Bastianos, R. Akowuah, G. Fernandes
Referee: Glen Tonna
Imwissija: C. Bonanni 41′, G. Artiles 45′, L. Caruana 84′ (H)
BOV Player tal-Logħba: Giannis Bastianos (Hibernians)
Balzan u Hibernains kisbu punt kull wieħed wara partita deludenti li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali.
Iż-żewġ naħat riedu jiksbu punti massimi minn din il-partita b’Balzan l-aktar fil-bżonn biex jevitaw iż-żona tar-relegationli qed issir aktar kumplessa. Fil-fatt dan kien it-tieni draw konsekuttiv għal Balzan wara d-draw sorpriża tal-ġimgħa li għaddiet kontra Floriana.
Min-naħa l-oħra Hibernians għalkemm f’pożizzjoni ferm aktar b’saħħitha ilhom għaddejjin minn staġun ta’ riżultati mħallta. Il-Paolisti kienu ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Birkirkara u l-unika aspirazzjoni tagħhom hija li jiksbu post Ewropew wara l-eliminazzjoni mill-Izibet FA Trophy.
L-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-azzjoni u kien biss fil-ħin miżjud li Hibernians marru viċin meta xutt ta’ Jurgen Degabriele għadda ftit minn fuq il-lasta.
It-tieni taqsima bdiet fuq nota aħjar għalkemm l-ebda tim ma kien perikoluż.
Mas-siegħa logħob Hibernians heddew li jiftħu l-iskor meta minn cross ta’ Akowuah daħal Bagayoko iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet imblukkata minn difensur ta’ Balzan.
U ħdax-il minuta minn tmiem il-partita Hibernians kienu sfortunati li ma marrux fil-vantaġġ meta Bastianos żmarka lil Radchenko iżda x-xutt ta’ dan ta’ l-aħħar ħabat mal-lasta.
L-unika ċans ta’ Balzan wasal fl-aħħar minuta b’xutt tas-sostitut Katanic ikun salvat mill-goalkeeper Kone. U fil-ħin miżjud xutt ieħor din id-darba ta’ sostitut ieħor Andrejic reġa’ ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Hibernians.
//= $special ?>