L-eks President Amerikan Donald Trump qed jaħseb diġà fuq ix-xahar ta’ Novembru, fost it-tħejjijiet għal taqtigħa kważi imminenti għat-tmexxija tal-White House bejnu u l-President u kandidat Demokratiku, Joe Biden.
Trump għamel pass kbir ieħor lejn id-dritt li jikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti għan-nom tal-Partit Repubblikan wara li hu, fil-lejl tas-Sibt, rebaħ il-primarji fl-Istat ta’ South Carolina –suppost fortizza għal Nikki Haley, l-eks Ambaxxatur Amerikan għan-Nazzjonijiet Uniti u li hi l-unika rivali ta’ Trump għan-nomina Repubblikana.
Il-proċess f’South Carolina, fil-fatt, wassal għar-raba’ rebħa konsekuttiva għal Trump fil-primarji tar-Repubblikani u b’distakk kbir fuq Haley – li min-naħa tagħha se tibqa’ tikkuntesta lill-eks President.
Fl-ewwel kummenti wara r-riżultat, Haley qalet li l-40 fil-mija tal-votanti li appoġġjawha fl-Istat tagħha ma jridux jitqiesu bħala ‘grupp żgħir ta’ Amerikani mingħajr l-ebda inflwenza’.
Min-naħa tieħu, Trump ma kkummentax fir-rigward ta’ Haley u, waqt diskors, faħħar l-għaqda fost ir-Repubblikani filwaqt li tenna li qatt ma ra spirtu daqstant qawwi u pożittiv fil-partit tiegħu.
//= $special ?>

