Lokali

Prim Ministru ‘naive’: Esperti politiċi jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet ta’ Metsola

Dikjarazzjonijiet ċari fil-ġurnali tal-Ħadd minn opinjonisti, ġurnalisti u esperti politiċi li qablu mal-pożizzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola dwar il-fatt li l-Ewropa għandha tkun kapaċi tiddefendi lilha nnifisha f’każ ta’ gwaj.

Esperti politiċi qalu lil The Malta Independent on Sunday li hu ta’ dispjaċir li Robert Abela għazel li jniżżel il-politika f’livell baxxa biex jirbaħ ftit punti politiċi. Huma irrikonoxxew s-sitwazzjoni ġeo-politika fl-Ewropa u l-irwol tal-President Metsola fit-tmexxija ta’ istituzzjoni Ewropea.

Il-Professur Roderick Pace, qal “Jien naqbel mal-President Metsola. Xejn m’għandu jwaqqaf lill-Unjoni Ewropea mid-dritt tagħha li tkun kapaċi tiddefendi lilha nnifisha.”

Ix-xjentist politiku Andre Debattista qal li “hu ta’ għajb li sitwazzjoni daqstant sensittiva qed tiġi użata għall-gwadann politiku” b’referenza ghal dak li qed jagħmel Abela.

Il-gazzetta Malta Today ittimbrat lil Robert Abela bħala ‘Naiive’. Qalet li s-sigurta fl-Ewropa hi fl-aħjar interess ta’ Malta. Żiedet tgħid li għall-Partit Laburista, il-paċi m’hi xejn ħlief lip-service, maħsuba biss biex jirbħu ftit punti politiċi mingħajr ma jqisu dak li għaddej madwarna għax għalihom tfisser biss post fuq is-social media.

Madakollu l-Editorjal tal-Malta Today saħaq li l-Prim Ministru ma għandux għażla jkunx ‘naive’ jew le hekk kif is-sigurta tal-Ewropa hija fl-interess ta’ Malta. L-editorjal tal-Malta Today kompla jgħid li l-Partit Laburista qed jipprova jagħmel gwadan politiku minn fuq dar Roberta Metsola, waqt li spjega li jekk l-Unjoni Ewropea iżżid in-nefqa fuq l-armamenti dan ma jfissirx li qed toħloq armata.

Ilbierah stess, il-Partit Laburista ħareg b’gidba biex jipprova jgħatti li l-Prim Ministru qabel li l-Ukrajna tingħata aktar armi biex tiġġieled l-invażjoni Russa. L-unika pajjiz li vvota kontra kien l-Ungerija. Malta, kontra dak li pprova jgħid il-Gvern, ivvutat favur.

Dan joħroġ car l-ipokrezija ta’ Prim Ministru li jinsab dahru mal-ħajt.