It-Taljana Jasmine Paolini kisbet l-iktar unur importanti fil-karriera tagħha meta fil-finali ta’ Dubai għelbet lil Anna Kalinskaya 4-6, 7-5, 7-5.
Kienet finali mill-iktar missielta fejn Paolini irkuprat minn set minn taħt biex kisbet it-tieni titlu WTA fil-karriera tagħha.
Paolini li għandha 28 sena u li tinsab fis-26 post fir-rankings dinjija b’hekk pattiet għat-telfa li kienet sofriet kontra l-istess Kalinskaya fir-raba’ round tal-Open tal-Awstralja f’melbourne f’Jannar li għadda.
Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa Paolini se tagħmel qabża fil-klassifika tar-rankings li jkunu publikati nhar it-Tnejn, fejn hi mistennija li tidħol għall-ewwel darba mal-aqwa għoxrin fid-dinja.
Kalinskaya numru 40 fir-rankings eliminat lil Ostapenko, Coco Gauff u lil Iga Swiatek biex waslet sal-finali.
//= $special ?>