Il-captain ta’ Liverpool Virgil Van Dijk skorja l-gowl deċiżiv fil-finali tal-Carabao Cup wara li Liverpool għelbu lil Chelsea 1-0 wara l-ħin barrani.
B’numru ta’ players neqsin, Jurgen Klopp utilizza numru ta’ żagħżagħ mill-akkademja ta’ Liverpool. Chelsea minn naħa l-oħra kienu mċaħħda f’numru ta’ okkażjonijiet milli jiskurjaw, bil-goalkeeper ta’ riserva ta’ Liverpool Caoimhin Kelleher iwettaq xejn inqas minn disa’ saves deċiżivi.
Liverpool ħasbu li marru fil-vantaġġ mas-siegħa logħob, meta minn freekick ta’ Robertson kien Van Dijk li xeħet wara Petrovic, liema gowl wara konsultazzjoni twil mal-VAR, ir-referee Chris Kavanagh ħassar il-gowl għall-offsied. Bil-partita tibqa’ 0-0 sad-90 minuta, il-partita marret għall-ħin barrani u kien żewġ minuti mit-tmiem fejn minn corner ta’ Tsimikas, kien għal darb’oħra Van Dijk li għola fuq kulħadd u għamel l-iskor 1-0 biex b’hekk ta r-rebħ ta’ dan l-unur lil Liverpool għall-10 darba fl-istorja.
//= $special ?>