Futbol Sport

Wolves jitilgħu fit-tmien post tal-Premier League

Fl-unika partita li kellna l-Ħadd mill-Premier League, Wolves kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Sheffield United biex b’hekk telgħu momentarjament fit-tmien post tal-klassifika tal-Premier League, b’Sheffield United jibqgħu fl-aħħar post.

Il-gowl li ddeċieda dan il-konfront wasal man-nofsiegħa logħob permezz ta’ Pablo Sarabia.