Sewwieq ta’ 20 sena u passiġġiera ta’ 21 sena sofrew minn ġrieħi ħfief wara li seħħet ħabta bejn erba’ karozzi fi Triq tal-Barrani, Ħal Tarxien għall-ħabta tas-2:10 am.
Għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza BMW misjuqa miż-żagħżugħ minn Raħal Ġdid, li miegħu kien hemm passiġġiera ż-żagħżugħa minn Birżebbuġa, vann Peugeot Partner misjuq minn raġel ta’ 28 sena minn Birżebbuġa, karozza Renault Capture misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Ħamrun u karozza Ford Torneo misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mis-Swieqi.
Iż-żgħażagħ ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn hemmhekk ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi ħfief.
Is-sewwieqa l-oħra ma sofrew mill-ebda ġrieħi tant li rrifjutaw l-assistenza medika.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>