Lokali

Żewġt irġiel jittajru wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Santa Venera

Ritratt: Martin Agius

Tlett irġiel sofrew xi ġrieħi wara li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 pm meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Imsida u karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Birkirkara.

Kawża ta’ dan l-inċident, raġel ta’ 57 sena residenti mill-Ħamrun u raġel ieħor ta’ 54 sena mill-Belt ittajru waqt li kienu mixjin fuq il-bankina.

Is-sewwieq ta’ 64 sena u l-irġiel li kienu fuq il-bankina ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Is-sewwieq ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ irġiel sofrew minn ġrieħi ħfief.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.