Internazzjonali

Alexei Navalny kien żvela ħasil ta’ flus minn Uffiċjali fir-Renju Unit

F’intervista li saret fl-2020 u li qatt ma ġiet imxandra, Alexei Navalny kien esprima t-tama għal futur aħjar fir-Russja. Dan apparti illi żvela li uffiċjali fir-Renju Unit allegatament taw għajnuna lill-President tar-Russja Vladimir Putin b’diversi azzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.

Navalny kien sostna li r-Russja huwa pajjiż Ewropew u l-poplu Russu jixtieq jgħix bħall-kumplament tal-Ewropa. Huwa kien qal illi jittama li fi żmien għaxar snin …. f’intervista oħra…. jkun jista’ jgħid kif iġġieled il-korruzzjoni.

Din l-intervista kienet parti minn dokumentarju li qatt ma ġie mxandar bl-isem ‘After The Fall’ – fl-istess sena li fiha Navalny kien ivvelenat waqt titjira lejn Moska.

Intant fl-aħħar sigħat ġie żvelat li Alexei Navalny kellu jiġi illiberat hekk kif kienu se jpartuh ma’ priġunier li qed jiskonta sentenza l-ħabs fil-Ġermanja.