Il-Kap ta-Oppożizzjoni Bernard Grech insista fil-parlament li r-rapport tal-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia għandu jkun ippubblikat immedjatament hekk dan ikun ppreżentat lill-Prim Ministru u li minnufih isir ukoll dibattitu parlamentari dwar dan ir-rapport.
Il-Gvern iddikjara fil-parlament li l-inkjesta se tkun pubblikata mill-ewwel u minnufih se jsir dibattitu parlamentari.
Kien fis-seduta parlamentari tal-lum waranofsinhar li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tkellem dwar dan ir-rapport li se jkun pubblikat lill-Prim Ministru nhar l-Erbgħa li ġej.
Fil-parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni fakkar kif il-gvern kien ivvota kontra l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex issir inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia u ftit kif wara, l-gvern ċeda u fil-fatt saret inkjesta pubblika. Issa hu magħruf li nhar l-Erbgħa se tkun ippreżenta l-inkjesta pubblika.
Hu insista li r-rapport tal-inkjesta jkun pubblikat minnufih wara li jkun preżentat, li jkunu akkordati numru ta’ seduti għal diskussjoni parlamentari u li l-gvern jassigura li jkunu x’ikunu l-konklużjonijiet, dawn ikunu implimentati.
Il-Ministru tal-Ġustizzja Johnaton Attard qal li t-termini ta’ riferenza jistabilixxu b’mod ċar kif għandha tkun pubblikata l-inkjetsa u għalhekk il-gvern se jippubblikaha mill-ewwel waqt li minnufih isir dibattitu fil-parlament.
Hu kompla li t-termini ta’ riferenza tal-inkjesta kien stabbilit u żied li, lil hinn mid-dibattitu parlamentari, fi żmien sena jera’ jkun hemm diskussjoni dwar is-sitwazzjoni u l-mod kif din tkun żviluppat.
F’intervent ieħor il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li minkejja li l-gvern irrikonoxxa n-nuqqasijiet fis-settur tal-kostruzzjoni, l-istess gvern baqa’ jippika biex issir l-inkjesta pubblika. Hu sostna li l-pubblikazzjoni tar-rapport għandu jkun immedjat u jkun hemm numru ta’ sessjonijiet parlamentari mħollija għal din id-diskussjonji.
Il-Ministru Atatrd ikkonferma li l-inkjesta se tkun pubbikata mill-ewwel u se jsir dibattitu parlamentari immedjat dwar dan ir-rapport.
//= $special ?>