Wara erba’ xhur fil-kariga, Enzo Potenza preżenta r-riżenja tiegħu minn kowċ ta’ Valletta wara tliet telfiet konsekuttivi li ħallew lill-Beltin fit-12-il post fil-klassifika, u għalhekk f’riskju ta’ relegazzjoni storika.
Ikkuntatjat minn dan l-istazzjon, Potenza qal li din id-deċiżjoni qed jeħodha b’rispett lejn il-partitarji. Potenza qal ukoll li hu ma kienx kapaċi jġib ir-riżultati meħtieġa u jittama li din id-deċiżjoni tgħin biex dan il-klabb tant presiġjuż isalva postu fil-Kampjonat Premier.
Potenza qal li l-partitarji ta’ Valletta huma uniċi u dejjem kienu warajh u ta’ dan jirringrazzjahom għal dejjem.
Fi stqarrija Valletta kkonfermaw li t-tmexxija tat-tim se taqa’ f’idejn Juan Cruz Gill bl-assistenza tad-Direttur Tekniku Jesmond Zerafa.
Valletta jmisshom jilagħbu kontra ċ-champions u leaders attwali Ħamrun Spartans, is-Sibt fis-2pm fl-Istadium Nazzjonali.
//= $special ?>