Internazzjonali

Il-bdiewa b’aktar protesti fi Brussell

Komplew il-protesti fi Brussell mill-bdiewa hekk kif filmati fuq il-midja soċjali urew l-effetti ta’ dawn id-dimostrazzjonijiet; toroq magħluqin, muntanja ta’ tyres f’ħuġġieġa nar, u ġlied mal-Pulizija.

Waqt din il-protesta l-bdiewa saqu fil-qalba tal-belt kapitali Belġjana filwaqt li firxu l-ħmieġ tal-annimali. Il-bdiewa jinsabu fern irrabjati dwar il-prezzijiet miżeri tal-prodott lokali kif ukoll kontra r-regolamenti l-ġodda.

Il-Pulizija tinsab fi stat ta’ allert, u hemm sigurtà massima quddiem il-binjiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.