Graziella Galea, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea sostniet fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern għandu jinvesti fis-servizzi mediċi ta’ kwalità u mhux jberbaq il-flus fil-ħela.
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea tkellmet dwar l-importanza tal-inklużjoni u appellat biex il-gvern itejjeb is-sitwazzjoni attwali tas-CDAU biex persuni li għandhom bżonn kura medika ma jkollhomx bżonn imorru għand il-privat. Dan propju minħabba nuqqasijiet f’dawn is-servizzi mis-CDAU fejn is-servizz hu ineżistenti. Diversi persuni qed imorru għand il-privat minħabba dawn in-nuqqasijiet.
Graziella Galea semmeit id-diversi setturi ta’ servizzi li jingħataw mis-CDAU u li dwarhom il-gvern qed jgħid li m’hemmx listi ta’ stennija. Hi appellat beix il-gvern jagħti l-informazzjoni dwar is-servizzi u n-nuqqasijiet li hemm minħabba dewmien fl-appuntamenti.
Hi trattat l-SITC fejn l-assessjartat-tfal qed ikunu posposti f’dan iċ-ċentru daqshekk importanti. Dan propju minħabba nuqqas ta’ provisti.
Hi semmiet is-sitwazzjoni tal-mediċini u qalet li hemm ġenituri li qed ikolhom jixtru mediċini huma minħabba li dawn ma jkunux fil-formolarju tal-gvern jew huma out of stock. Każi oħra huma ta’ persuni li qed ikollhom iħallsu ammonti kbar sa €2300 kull tmien ġimgħat beix jaraw lit-tfal tagħhom jimxu ‘il quddiem.
Hi kkritikat il-fatt li l-gvern qed iħalli din is-sitwazzjoni u jagħti €120,000 lil David Walliams għal serata tal-Malta Film Awards u €400 miljun lil Vitals/Steward. Il-gvern qed isib flus għar-rimi flok jinvesti fit-tfal Maltin, sostniet id-deputat Nazzjonalista.