Lokali

Ir-rapport tal-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia huwa lest

Ir-rapport finali tal-Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia huwa lest.

Dan ħabbru l-bord fejn spjega li r-rapport finali b’rabta mal-inċident fatali li seħħ f’Kordin nhar it-3 ta’ Diċembru, 2022 – se jkun qed jgħaddi f’idejn il-Prim Ministru Robert Abela nhar l-Erbgħa 28 ta’ Frar fl-10:00 ta’ filgħodu fil-Berġa ta’ Kastilja.

Dan filwaqt li r-rapport se jkun qed jgħaddi kopja tar-rapport finali lill-familja ta’ Jean Paul Sofia.

L-inkjesta pubblika ġiet imsejħa wara pressjoni qawwija mill-familja ta’ Jean Paul Sofia, partikolarment ommu Isabelle Bonnici – kif ukoll l-insistenza tal-Partit Nazzjonalista li kien sejjaħ vot fil-parlament. Hawn Robert Abela u d-Deputati tiegħu kienu vvotaw kontra – iżda sforz ir-reazzjoni qawwija tal-poplu Malti u Għawdxi…Abela kellu jibla’ lura kliemu….u r-reżistenza qawwija tiegħu u jsejjaħ inkjesta pubblika.

F’Novembru 2023, l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon kien iddikjara li kien qed jagħlaq il-proċess tal-ġbir tal-provi…wara 15-il seduta fejn instemgħu mad-69 xhud.