Lokali

“Irridu President li jixraq lil pajjiżna” – Bernard Grech

“Għandna bżonn President illi jixraq lil pajjiżna, u li jixpruna r-riformi kollha meħtieġa.”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt l-intervista li saritlu l-Ħadd filgħodu fil-Mellieħa, fejn kien mistoqsi dwar il-Presidenza li jmiss.

Bernard Grech qal illi kien jistenna li d-diskussjoinijiet jibdew xhur ilu, u mhux jibdew meta l-ħatra tal-Presidenza tinsab biss ftit ġimgħat ‘il bogħod. Iżda fl-istess waqt, huwa qal li jinsab sodisfatt li fl-aħħar bdew it-taħdidiet.

Dan se jkun l-ewwel President li se jintagħżel bil-ħtieħa li jkun hemm qbil minn żewġ terzi tal-Membri Parlamentari.

Bernard Grech saħaq li għalih l-Presidenza mhijiex monopolju tal-politika. U nsista li l-President li jmiss m’hemmx għalfejn ikun persuna li diġà qiegħed fil-politika.