Fl-aħħar sigħat il-militar Iżraeljan qal li wettaq aktar attakki fil-Libanu, bil-grupp Hezbollah jikkonfermaw li inqatlu żewġ persuni.
Rapporti internazzjonali qalu li residenti li jgħixu qrib iż-żona fejn seħħew l-attakki semgħu numru ta’ splużjonijiet. Dawn l-attakki saru propju jum wara li l-Ministru tad-Difiża wiegħed li se jkompli jeskala l-attakki kontra l-Hezbollah anke jekk jintlaħaq qbil għall-paċi f’Gaza.
B’reazzjoni għal dan kollu fl-aħħar sigħat il-Hezbollah sparaw numrru ta’ rockets f’kamp militari tal-Iżrael.
Fi żviluppi oħra…sar maghruf illi miet ir-raġel li l-Ħadd ta n-nar lilu nnifsu quddem l-Ambaxxata ta’ Iżrael f’Washington. Ir-raġel kien jagħmel parti mill-Air Force tal-Istati Uniti. Mumenti qabel ma ta n-nar lilu nnifsu…. huwa kien f’xandira diretta fuq il-midja soċjali.
//= $special ?>