Lokali Parlament

Jeħtieġ azzjoni u liġijiet dwar abbużi minn uħud minn dawk li jżommu l-annimali


Janice Chetcuti, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet fil-parlament li jeħtieġ azzjoni u liġijiet dwar abbużi minn uħud minn dawk li jżommu l-annimali għal perjodi partikolari.


Janice Chetcuti tkellmet dwar l-importanza li jsiru l-korsijiet ta’ veterinarji biex ikun hemm l-opportunitajiet għall-istudenti. Il-PN hu favur li jsiru dwn il-korsijiet u qed jinsisti biex ikun hemm informazzjoni dwar meta se jibdew isiru dawn il-korsijiet.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern qed idum wisq biex iwettaq miżuri favur l-annimali u sostniet li wara erba’ xhur għadu ma sar xejn fuq il-konsultazzjoni dwar il-ħarsien tal-annimali. Kien hemm 137 proposta iżda l-gvern jidher li se jkun qed jitratta din is-sitwazzjoni b’mod kajman ħafna.


Janice Chetcuti kompliet li l-annimali llum saru importanti ħafna fil-familji Maltin u sostniet li fis-settur tal-pet sittings u l-postijiet fejn jitħallew l-annimali għal perjodi qosra. Minkejja li hawn ħafna pet sitters li huma serji hawn ukoll persuni li qed jabbużaw u qed jagħmlu dan ix-xogħol bla liċenzji u bla regoli.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li jeħtieġ li jkun hemm il-liġijiet meħtieġa biex jinqatgħu dawn l-abbużi. Hemm diversi każi ta’ negliġenza minn pet sitters li fihom annimali qed jispiċċaw vittmi minħabba nuqqasijiet minn pet sitters.


Janice Chetcuti qalet li ġirien ta’ dawn il-pet sitters bla liċenzja jispiċċaw isofru minn intejjen, irjiħat u krib tal-annimali li jkunu qed jinżammu.


Il-PN lest jisma l-każi ta’ dawn iċ-ċirkostanzi sakemm jiddaħħlu l-liġijiet neċessarji, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li dawn responsabbli għandhom jinżammu responsabbli mhux biss għat-tbatija li jkunu għaddew minnha l-annimali iżda wkoll it-tbatija emozzjonali li jkunu għaddew minnhom il-familjari.


Jeħtieġ ikun assigruat li l-postijiet fejn jinżammu l-annimali jknu ta’ kwalità fejn l-annimali jinżammu bi kwalità u mhux fejn l-annimali jkunu rrabbjati minħabba kundizzjonjiet li jkunu qed jinżammu fihom l-annimali.