Lokali Qorti

Jgħid li mara li iltaqa’ magħha darba biss daħlet f’dahru u serqitu

Raġel mill-Isla qal quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana li mara li ltaqa’ magħha darba fejn ħadu pizza flimkien u wara marret miegħu d-dar tiegħu fejn kien hemm ftehim li tibda tmur tnaddafflu, spiċċat biex serqitlu aktat minn 700 ewro fi flus li kien qed ifaddal wara li kien qata’ s-sigaretti.

Emmanuel Dalli kien qed jixhed fil-konfront ta’ Yanika Cuschieri ta’ 28 sena minn Birkirkara, li qed tiġi akkużata b’serq, li kisret ordni ta’ probation u li saret riċediva, Dalli qal li fit-3 ta’ Frar li għadda huwa kien qatta l-ġurnata tiegħu billi mar ir-Rabat ma sħabu u ma ibnu peress li jieħu sehem fid-drama. Tenna li bħal dejjem miegħu kien hemm ibnu, li jieġdu miegħu kullimkien.

Wara qal li ma jistrieħ id-dar tiegħu u wara mar fil-każin tal-PN fejn għandu parentela li jieħu ħsieb il-każin. Minn hemm mar id-dart wara l-10pm fejn hemm raha żewġ persuni ħerġin, fejn kienu raġel u mara. Qal li lir-raġel li kien tressaq il-Qorti b’rabta mal-każ jafu, imma lilha kien iltaqa’ biss darba magħha.

Tenna li kienu ltaqgħu u marru jieħdu pizza u wara stiedinga biex tmur id-dar tiegħu u ftehmu peress li fetħet qalbha miegħu fuq ħajjitha, biex tibda tmur tagħmillu xi faċendi d-dar. Madankollu minkejja li ftehmu hi qatt ma marrret. Hu ikkonferma li kien qed jalludi għal Yanika Cuschieri.

Qal li huwa kien żamm lir-raġel filwaqt li ibnu kien żamm lil mara milli jitilqu minn ħdejn id-dar tiegħu, li jinsab ftit metri l-bogħod mill-każin tal-PN. Hu kien ċempel lill-Pulizija, bir-raġel li daħallu d-dar jgħidlu liu hu ma kellu x’jaqsam xejn ma’ din  l-operazzjoni. Tenna li każ stramb hu li l-akkużata bdiet tgħidlu, “int abbużajtni”, meta ma kien minnu xejn.

Tenna li hu sab il-bieb ta’ wara tad-dar tiegħu sgassat, u fehem li l-koppja kienet daħlet minn dan il-biex biex tisirqu. Qal ukoll li s-serq li sar kien l-aktar f’muniti ta’ żewġ ewro u ta’ ewro, madwar 750 ewro b’kollox.

It-tifel tal-allegat vittma xehed ukoll f’dawn il-proċeduri fejn ikkolabora ħafna ma’ dak li qal missieru dwar kif seħħ il-każ, fejn tenna li missieru qabad lir-raġel li daħallu d-dar minn għonqu biex ma jħallihx jaħrab. Il-każ ikompli fis-6 ta’ Marzu li ġej fejn id-difiża mmexxija mill-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Andreana Zammit filwaqt li l-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Kurt Farrugia mgħejjun mill-Avikat Joseph Camilleri Azarov u Cynthia Tomasuolo mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.