Lokali Qorti

Mara b’ċertifikat ta’ Silvio Grixti tammetti li ffrodat lill-Gvern b’aktar minn €14,000

Mara ta’ 64 sena miż-Żejtun, li tressqet b’ċitazzjoni u mhux b’arrest ammettiet quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana li f’perjodu ta’ aktar minn sentejn iffrodat lill-Gvern, bl-iskema tal-benefiċċji soċjali s-somma ta’ €14,576ċ. Din l-iskema kienet fl-aħbarijiet meta mijiet ta’ persuni, inħarġulhom benefiċċji soċjali li ma kienux intitolati għalih.

Minn dak li ħareġ mix-xhieda ta’ uffiċjal mid-dipartiment tas-sigurtà soċjali wieħed mit-tobba li kellu ċertikat anness mal-applikazzjoni għal dawn il-benefiċċji kien l-eks deputat Laburista Silvio Grixi li kien jikkontensta fuq id-Distrett li jinkorpotra fih il-lokalità taż-Żejtun.

Lydia Baldacchino wieġbet ħatja li wettqet frodi għad-dannu tad-dipartiment tas-sigurta soċjali bejn Jannar 2021 u Ottubru 2023 meta skont l-applikazzjoni kellha li hi tbati mill-kundizzjoni tal-Leopard Syndrome, kundizzjoni li tista’ twassal għal kundizzjoni fil-qalb, fl-għajnejn u l-widnejn, kif ukoll tista’ twassal għall-problemi fil-ġilda u l-ġenitali.

L-uffiċjal mid-dipartiment tas-sigurtà soċjali rrakkonta u ta dettalji dwar il-kont bankarju li fih ġew depożitita il-ħlasijiet lil Baldacchino. Il-Bord mediku kienu approva li jinħarġu l-bemefiċċji u lki dawn bdew jingħataw mit-3 ta’ Marzu 2022 fejn saru l-pagamaneti.

L-Avukat Anne Marie Cutajar li deheret għal mara talbet biex isir pre sentencing report, bil-Prosekuzzjoni ma toġġezzjonax, bil-Q tilqa t-talba u tordna lid-Direttur mill-uffiċċju tal-probation and parole iwettaq dan ir-rapport. Il-kawża ġiet differita għal preżentata tal-‘pre-sentencing report’ u sottmissjonijiet finali dar il-każ għal 21 ta’ April li ġej fil-11am. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Andy Rotin u Wayne Rodney Borg.