Raġel ta’ 57 sena li huwa homeless baqa’ miżmum taħt arrest wara li ma saret l-ebda talba għall-pleġġ fejn ġie akkużat li kkonfoffa ma’ persuni oħra biex jimpota d-droga f’Malta għal skop ta’ traffikar. L-akkużat deher f’qagħda xejn stabbli u fraġli ħafna fl-awla fejn kellu jingħata l-għajuna mill-Pulizija stess biex iżomm fuq saqajh.
L-Ispettur Alfred Mangion talab lill-Qorti biex ma jissemmew l-ebda ismijiet fil-media dwar dan il-każ minħabba li fl-interogazzjoni l-akkużat semma’ xi ismijiet relatati ma’ dan l-allegat reat, u dan biex ma jkunux ta’ dannu għall-investigazzjoni. It-talba kienet milqugġa mill-Qorti preseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana.
L-Ispettur qal li fis-7 ta’ Frar li għadda it-Taqsima ta’ Kontra d-Droga kienet infurmata li kien wasal pakkett postali suspettat li kien fih id-droga fuq isem l-imputat, fir-residenza ta’ ommu. Qal li saret ‘controlled delivery’ bl-akkużat jiġi arrestat.
Wara nfetħet inkjesta iżda l-investigazzjonijie kellhom jiefqu minabba li l-kundizzjoni ta’ saħħa tal-akkużat li l-ewwel ittieġed fiċ-ċentru tas-saħħa fil-Floriana, fejn minn hemm inbagħat l-isptar Mater Dei. Susegwentement dan spiċċa l-isptar Monte Carmeli, minn fejn wara li t-tobba qalu li jista’ jiġi rilaxxat, ġie arrestat.
Il-prosekuzjoni talbet lill-Qorti għall-iffriżat tal-assi tal-imputat, liema talba kienet milqugħa mill-Maġistrat Caruana. L-Avukat Jacob Magri li flimkien mal-Avukat Arthur Azzopardi deheru għall-akkużat qal li f’dan l-istadju ma kienx qed jagħmel talba għall-pleġġ.
Huwa talab lill-Qorti biex tirrakomanda biex il-klijent tiegħu jinżamm fit-taqsima forensika tal-isptar Monte Carmeli, minn fejn ġie arrestat, liema Qorti għamlet it-tali talba, li finalment ikun sta għad-Direttur tal-ħabs jekk tiġix aċeetatat jew le.
//= $special ?>