Futbol Sport

Roma b’rebħa missielta fuq Torino, it-tieni telfa konsekuttiva għal Lazio

(Ritratt: EPA)

Tkompli l-mixja pożittiva ta’ Roma hekk kif għelbu lil Torino 3-2, fejn Paulo Dybala kien protagonista b’hat-trick f’ismu.

L-attakkant Arġentina fetaħ l-iskor wara 42 minuta minn penalty li wasal minn foul ta’ Sazonov fuq Azmoun, b’ Torino jagħmlu l-iskor indaqs żewġ minuti wara permezz ta’ Duvan Zapata mill-kross ta’ Bellanova.

Il-Giallorossi għal darb’oħra fil-vantaġġ fis-57 minuta bl-istess Paulo Dybala jegħleb lil Milinkovic Savic minn barra’l kaxxa.

It-tielet gowl ta’ La Joya wasal fid-69 minuta minn attakk maħdum tajjeb minn Dybala u Lukaku, bl-Arġentin jikkonkludi fix-xibka fil-baxx.

Torino skorjaw gowl lura permezz ta’ auto-gowl ta’ Dean Huijsen, madankollu dan il-gowl kien biss ta’ konsolazzjoni.

Intant, it-tim l-ieħor minn Ruma, tilfu t-tieni partita konsekuttiva. Lazio ġew megħluba minn Fiorentina fl-Artemio Franchi bil-Viola jdawwru telfa f’rebħa bl-iskor finali ta’ 2-1.

Luis Alberto kien dak li skorja għal Lazio wara tlett kwarti logħob mis-suġġeriment ta’ Isaksen, b’ Fiorentina jistennew sal-61 minuta biex jagħmlu l-iskor indaqs meta ż-żagħżugħ Michael Kayode xeħet fix-xibka għall-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat.

Ftit minuti wara Fiorentina marru fil-vantaġġ permezz ta’ Giacomo Bonaventura.

Il-Ġimgħa
Bologna v Verona 2-0
Is-Sibt
Sassuolo v Empoli 2-3
Salernitana v Monza 0-2
Genoa v Udinese 2-0
Il-Ħadd
Juventus v Frosinone 3-2
Cagliari v Napoli 1-1
Lecce v Inter 0-4
Milan v Atalanta 1-1
It-Tnejn
Roma v Torino 3-2
Fiorentina v Lazio 2-1