Lokali

Se jiġu preżentati provi li jikkonfermaw kif Abela qed juża l-PBS għall-propaganda Laburista

Il-PN illum se jiżvela provi li jikkonfermaw kif Robert Abela u t-tmexxija tal-PBS qed jużaw ix-Xandir Pubbliku bħala magna ta’ propoganda tal-Partit Laburista u kif ġabu l-istazzjon suppost nazzjonali ‘Super One 2’.

Fuq il-media soċjali, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino qal li se jkompli jieħu l-miżuri kollha biex jassigura li l-PBS isir verament stazzjon tal-poplu kollu.