Il-ballun f’saqajn Abela jekk Muscat joħroġx għall-MEPs jew le
“Din ta’ Joseph hi deċiżjoni tal-Partit Laburista u ta’ min imexxi.”
Hekk qed jirrapporta li qalet il-mara tal-eks Mexxej Laburista Michelle Muscat, Emmanuel Cuschieri wara li fuq il-midja soċjali sostna li Joseph Muscat aċċetta li jixħet il-kandidatura tiegħu għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Cuschieri sostna li Michelle Muscat saħqet li jekk il-Labour jgħajtilhom se jkunu hemm iżda xeħtet issa l-ballun f’saqajn Robert Abela u t-tmexxija Laburista.
Għaldaqstant issa, dejjem skont ma qal Cuschieri – l-istess wieħed li ftit tal-ġimgħat ilu xeħet isem Muscat għar-ritorn tiegħu fil-politiku, huwa f’idejn il-Prim Ministru biex jiddeċiedi f’liema direzzjoni se jkun qiegħed jieħu l-Partit Laburista f’dawn l-elezzjonijiet li ġejjin – jekk mhux lejn il-passat jew lejn il-futur.
Dan wara li lura fl-2019 kien Muscat innifsu li kellu jirriżenja kemm minn Mexxej Laburista kif ukoll Prim Ministru f’nofs kriżi politika qalb eluf ta’ nies li ħonqu kważi ta’ kuljum it-toroq tal-Belt Valletta.
Huwa ċar li Robert Abela jinsab f’salib it-toroq – jew jiftaħ il-bibien beraħ għal predeċessur tiegħu u jammetti li jinsab maqbud ostaġġ mill-klikka ta’ Muscat jew inkella jżomm mal-prinċipji li tul il-kandidatura tiegħu għall-Mexxej Laburista ta’ 4 snin ilu saħaq li jemmen fihom.
Il-ballun f’saqajn Abela – madanakollu bħal ma’ qal f’intervista ma’ Andrew Azzopardi l-Prim Ministru…ma jistax jgħidlu le.
//= $special ?>