Internazzjonali

Fotografu jinsinwa li missier Taylor Swift tah daqqa ta’ ħarta

Missier il-kantanta ta’ fama internazzjonali, Taylor Swift qed jiġi investigat mill-Pulizija, wara li allegatament ta daqqa ta’ ħarta lil fotografu, li kien qiegħed jipprova jieħu ritratt tal-kantanta f’Sidney.

Il-fotografu Ben McDonald ta’ 51 sena qed jallega li Scott Swift taħ daqqa ta’ ħarta meta hu prova jiħu ritratt ta Taylor Swift hi u niżla minn fuq il-yacht tagħha.

Kelliema f’isem Swift ma tawx kummenti dwar l-inċident pero qalu li waqt il-ħin tal-inċident żewġ persuni aġġixxew b’mod aggressiv fil-konfront ta’ Taylor Swift u missierha.

Minn naħa tiegħu l-fotografu qed jgħid li meta missier il-kantanta attakaħ, il-kantanta kienet diga’ daħlet fil-karozza u insista li fi 23 sena li ilu jaħdem bħala fotografu qatt ma kien f’sitwazzjoni fejn safa vittma ta’ daqqa ta’ ħarta.

Intant Taylor Swift spiċċat tissema wkoll mil-President tal-Istati Uniti, Joe Biden wara li dan b’mod ċajtier qal li potenzjalment il-kantanta taf tagħmel endorsement għal kandidatura tiegħu, pero qal li f’każ li dan jiġri din l-informazzjoni tinżamm klassifikata