Sa nhar it-Tnejn li ġej, hemm tama li jieqaf il-ġlied fil-Medda ta’ Gaza – għallinqas din hija it-tama espressa mill-president Amerikan Joe Biden, wara illi kien hemm rapporti dwar “progress” fit-taħdidiet li għaddejin fil-Qatar bejn Iżrael u l-Hamas.
Biden sostna li n-negozjati jinsabu viċin li jkunu konklużi; għalkemm ma tax aktar dettalji. B’rapporti fil-media internazzjonali jindikaw li jaf ikun hemm skambju ta’ aktar ostaġġi, kif seħħ f’Novembru.
L-offensiva fuq Gaza ilha għaddejja sa mis-7 ta’ Ottubru wara li t-terroristi tal-Hamas attakkaw villaġġi fin-naħa t’isfel ta’ Iżrael. Din il-gwerra diġa’ ħalliet eluf kbar ta’ vittmi ċivili, fosthom nisa u tfal.
//= $special ?>