Joe Giglio, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio sostna fl-Aġġornament li l-gvern jinsab bla pjan fil-proġetti infrastrutturali.
Joe Giglio tkellem dwar l-istat tat-toroq u qal li fl-Imsida, il-Gżira, Tas-Sliema u s-Swieqi hemm numru ta’ toroq li jinabu f’sitwazzjoni difffiċli. Hu kompla li l-pajjiż m’għandux toroq tal-ogħla kwalità u qal li dan japplika wkoll għall-bankini u l-ispazji miftuħa.
Il-gvern ma jemminx fid-deċentralizzazzjoni tal-poter u neħħa ħafna poteri lill-kunsilli lokali, li llum m’għadhomx l-għodod leġiżlattivi biex jaħdmu. Dawn il-poteri llum ingħataw lill-gvern lokali bil-konsegwenza li l-kunsilli lokali jistgħu jagħmu biss pressjoni fuq l-entitajiet tal-gvern biex isiru x-xogħlijiet li tat hemm bżonn.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ambjent hu wieħed nieqes mill-ġmiel għax hawn sens ta’ telqa, abbandun u ħmieġ bla kontroll ta’ xejn.
Joe Giglio kompla li mhux ikun hemm ippjanar tajjeb fil-proġett tant li dawn mhux jispiċċaw fil-ħin. Mhux qed ikun hemm informazzjoni biżżejjed dwar il-bidliet fit-traffiku; sitwazzjoni li qed toħloq diffikultajiet kbar.
Hu tkellem dwar il-bankini u qal li hu impossibbli li l-persuni li jużaw wheel chairs jgħaddu minn fuq il-bankini. Il-gvern ħoloq mduell ekonomiċi bbażat fuq l-importazzjoni tal-ħaddiema, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern ma kellu l-ebda pjan għal dan il-mudell.
Dan ġab piż qawwi fuq l-infrastruttura tal-pajjiż, fuq l-isptarijiet, fuq l-edukazzjoni, fuq l-iskejjel u fuq it-traffiku. Il-gvern m’għandux pjan u direzzjoni fit-traffiku għaliex il-gvern qed jibqa’ jibbaża fuq l-importazzjoni tan-nies.
Ikun iktar għaqli kieku l-mudell ekonomiku jkun indirizzat biex jinħolqu niċeċ ekonomiċi għodda li jikkreaw il-ġid għall-poplu bla ma jħallu impatt negattiv u iebes fil-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pajjiż għandu jidbel id-direzzjoni fejn il-viżjoni hi limitata għax hi bla pjan. Il-gvern qed iberbaq il-flus fi proġetti li jsiru u wara ftit jerġgħu jinqalgħu.