Beppe Fenech Adami, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sostna fil-parlament li l-gvern mhux jindirizza l-bżonnijiet tal-poplu bl-aħħar budget ikun wieħed li ma jiffokax fuq il-ħtiġijiet tal-poplu.
Hu qal li s-sistema tas-saħħa tinsab fi kriżi u f’emerġenza fejn l- anzjani li jkollhom bżonn kura mmedjata qed jinżammu fid-Dipartiment tal-Emerġenza għal ħinijiet twal anki meta jkunu muġugħa.
Dwar il-mediċini, Beppe Fenech Adami qal li minkejja l-ftaħir tal-gvern, hawn problemi fil-mediċini fejn mhux biss hemm nuqqasijiet ta’ mediċini imma hemm żidiet kbar fi prezzijiet ta’ ċertu mediċini.
Dan filwaqt li hemm mediċini out of stock, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li issa lanqas qed jingħataw mediċini kruċjali anki lil persuni li għandhom bżonnhom u jinsabu f’sitwazzjonijiet gravi. Il-gvern issa qed jissupplixxi mediċini inferjuri għal dawk li n-nies fil-bżonn. Hawn min qed ikollu jonfoq €2700 kull sitt ġimgħat biex jixtri mediċini meta qabel dawn kienu jingħataw b’xejn.
Il-pajjiż għandu problema fis-saħħa mentali iżda l-gvern f’10 sin m’għamel l-ebda pass ‘il quddiem. Hawn eluf ta’ persuni li ilhom perjodu twil jistennew l-operazzjonijiet jew l-MRI.
Dan hu bugdet li ma jindirizzax il-bżonnijiet tal-edukazzjoni fejn bħalissa hawn 200 tifel u tifla li għandhom bżonn LSC iżda l-gvern m’għandux soluzzjoni quddiem din il-problema.
Beppe Fenech Adami semma’ l-kwistjoni tal-bini ta’ skejjel ġodda u qal li fl-2017 l-gvern kien ħabbar li se jibni skola ġdida fl-Imsida. F’Lulju 2022 indunaw li l-iskola ma kinitx tajba u kellhom iħottuha. Wara qalu li kellhom jiftħuha f’Settembru li għadda iżda issa fi Frar 2024, il-Prim Ministru mar iżur l-iskola u qal biss li għadhom lestew biss il-binja minn barra iżda mhux ġewwa.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern mhux jisfrutta diversi swieq turistiċi fosthom dak tal-Istati Uniti fejn hemm miljuni li jżuru l-Ewropa iżda ma jiġux f’Malta.
Il-budget ma jindirizzax in-niċeċ ekonomiċi ġodda għaliex propju m’hemmx pjan, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li dan hu gvern li qata’ qalbu wara dak li għamlu fil-block-chain fejn kissru r-reputazzjoni ta’ Malta.
L-uniku settur ġdid li ħoloq dan il-gvern kien dak tal-faqar fejn eluf ta’ nies imorru jieklu bil-food banks. Is-sena li għaddiet kien 120,000 ikla imqassma mill-food banks f’Malta, qal id-deputat Nazzjonalista, li staqsa kemm dan il-budget qed jindirizza l-faqar.
Hu semma’ l-għoli tal-ħajja u qal li hemm ħafna nies li qed ibatu u staqsa kemm dan il-budget qed jindirizza r-realtà tal-kunsilli lokali fejn, apposta, il-gvern żnatura l-kunsilli lokali billi ħadilhom il-poter u l-finanzi biex jaħdmu. Dan qed iwassal għal problemi kbar ta’ skart fil-lokalitajiet kollha fejn hemm telaq u żdigar. Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara hu kollass totali fejn hemm telqa u ħmieġ.
Beppe Fenech Adami qal li 20 sena ilu l-pajjiż għamel għażla biex jissieħeb fl-UE u staqsa x’kien jiġri kieku Malta ma daħlitx fl-UE u ma kienx ikollha l-fondi biex dan il-pajjiż żviluppa. Il-PN jemmen fil-valuri tal-UE fosthom tad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-paċi.
Hu qal li l-gvern illum jitkellem b’mod differenti f’Malta u fl-UE fosthom fl-agrikolatura fejn il-gvern ma ndunax li kienu qed jiddaħlu regoli li se jeffettwaw ħażin lil-bdiewa Maltin. Dan seħħ l-istess fid-direttiva dwar il-Port Ħieles fejn il-gvern m’għandhomx bl-effetti ta’ dawn ir-regoli fuq il-Port Ħieles Malti.
Din is-sitwazzjoni issa eskalat bid-diskors responsabbli ta’ Robert Abela fl-attakk tiegħu fuq il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola. Biex mingħali idgħajjifha, Robert Abela qed jipprova jallega li Roberta Metsola trid il-gwerra. Din hi ipokrezija ta’ Robert Abela għall-fatt li kulħadd fl-UE qed jirrealizza li d-diffiċli tal-UE hi mhedda u mhx jtiekllmu dwar il-gwerra. Dan qed ikun ovvju bl-invażjoni Russa fl-Ukarjina u b’dak li qed iseħħ fil-Baħar l-Aħmar iżda Robert Abela ma jridx li jiżdiedu l-fondi għad-difiża ta’ Malta.
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tiddistingwi lilha nfisha favur il-paċi, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li minkejja l-mod kif jitkellem, Robert Abela ma jiddejjaq xejn imur jinawgura investiment fil-FAM b’fondi ta’ €5 miljun mill-UE u patrol boat ta’ €30 miljun b’fondi mill-UE.
Bil-pożizzjoni tiegħu Robert Abela ma jridx li jissaħħu l-FAM iżda jibqa jinawgura investment ta’ miljuni mill-UE fosthom Mar jiftaħdi-data cenre €2.5 miljun għad-data centre. Dan hu budget li ma jindirizzax il-problemi tal-pajjż, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li l-Prim Ministru qed ikun irresponsabbli meta jitkellem b’mod differenti f’Malta u fl-UE.