Waqt il-programm Xtra, f’diskussjoni li saret, il-kandidat għall-Parlament Ewropew, Peter Agius spjega bil-fatti kif Robert Abela jgħid ħaġa Malta u imbagħad jagħmel ħaġa oħra fi Brussell.
Fil-programm li ddiskuta d-difiża Ewropea, Peter Agius qal kif Robert Abela stess bħala Prim Ministru fil-Kunsill Ewropew appoġġa d-deċizjonijiet tad-difiża Ewropea li fost l-oħrajn allokaw komplessivament €12-il biljun f’armamenti lill-Ukranja biex tiddefendi ruħha mill-agressjoni Russa. Iżda lura Malta niżel jgħid li għamel l-oppost.
Fil-programm Xtra Peter Agius iddiskutu wkoll l-għoli tal-ħajja fejn spjega kif huwa tajjeb li abbużi minn prezzijiet jiġu investigati però għandhom ikunu l-awtoritajiet Maltin li jinvestigaw u mhux il-Kummissjoni Ewropea.
Dan hekk kif il-Gvern Laburista ma ħa l-ebda azzjoni biex jassigura li l-għoli tal-ħajja ma tkomplix tgħola b’detriment għall-poplu Malti u Għawdxi. Fil-fatt kienet il-Kummissjoni Ewropea stess li fis-seduta tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet bgħatet lill-Alex Agius Saliba għand il-Ministru nkarigata mill-Kompetizzjoni f’pajjiżna, Julia Farrugia Portelli biex tinvestiga u ssolvi abbużi fuq prezzijiet.
Peter Agius wiegħed li MEPs Nazzjonalista se jassiguraw li jagħtu vuċi lill-Maltin u l-Għawdxin kollha fil-Parlament Ewropew.
