Lokali Qorti

Jibda ġuri bil-magħluq ta’ raġel akkużat li stupra lil martu u ġiegħelha tipprostitwixxi ruħha

Ġuri ta’ raġel akkużat bl-istupru ta’ martu li kienet tqila fi stadju avvanzat u li ġiegħelha tipprostitwixxi ruħha beda jinstema’ bil-bibien magħluqa. Il-ġurati ġew magħżula t-Tlieta qabel ma beda l-ġuri, li qed jitmexxa mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.

L-akkużat Niġerjan ta’ 34 sena kien ġie arrestat f’Ġunju 2020 wara li l-mara kienet irrapportat lill-pulizija dwar inċident ta’ vjolenza domestika. Il-prosekuturi qed jgħidu li r-raġel kien ilu f’relazzjoni mal-allegata vittma tiegħu sa mill-2013.

It-telf tal-impieg tiegħu fl-2014 kien poġġa tensjoni fuq ir-relazzjoni tagħhom, peress li dak iż-żmien il-mara kienet ukoll tqila. Il-Qorti kienet diġa semgħet li huwa kien beda jwaħħal kemm fuq il-vittma kif ukoll fuq it-tarbija fil-ġuf tagħhom għall-problemi tal-familja, b’mod partikolari dawk finanzjarji.

Għalkemm il-mara kienet bdiet tevita lill-imputat fis-sodda, huwa akkużat li kien stupraha f’Settembru tal-2014, u qalilha li “ma setgħetx tħallih mingħajr sess għax ma kienx kelb kastrat.” Dak iż-żmien hi kellha disa’ xhur tqila.

Huma żżewġu inqas minn sena wara, tlett ijiem biss wara li welldet lil ibnu. Bosta każijiet ta’ stupru fiż-żwieġ allegatament segwew fis-snin ta’ wara. Ir-raġel jinsab akkużat ukoll li ġiegħel lill-mara taħdem bħala prostituta, li tgħix mill-qligħ tal-prostituzzjoni, kif ukoll talli hedded li joqtolha.

Il-Prosekuturi Darlene Grima u Kaylie Bonett qed jirrappreżentaw lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, filwaqt li l-avukat Simon Micallef Stafrace inħatar biex jassisti lill-imputat bħala avukat tal-għajnuna legali. Il-vittma kienet spjegat kif iltaqgħet mal-akkużat fl-aħħar tas-sena 2013.

Fil-bidu r-relazzjoni tagħhom kienet b’xi mod pjaċevoli. Matul dan il-perjodu, l-akkużat staqsa lill-vittma jekk hix tixtieq tiżżewweġ lilu biex hi tikseb id-dokumenti tagħha, u mbagħad, wara li d-dokumenti kollha tagħha jkunu f’ordni, hi tkun ħielsa, u dawn jistgħu jgħixu b’mod separat. Il-vittma kienet aċċettat din il-proposta.

Anke wara ż-żwieġ, l-akkużat kien baqa’ jittratta ħażin lill-vittma, fejn ħass li martu, kienet b’xi mod obbligata li “taqdih”. Anke jekk il-vittma kienet tirrifjuta għal kollox li tagħmel sess miegħu, l-akkużat kien jkaxkarha sal-kamra tal-banju jew fil-kamra tas-sodda, biex jasal għal l-iskopijiet tiegħu, filwaqt li jsejjaħha b’isimha u jsawwatha.

Imġieba bħal din kienet tiġri ta’ spiss, kull meta l-akkużat kien iħossu li jirid jagħmel sess, xi drabi l-akkużat kien ukoll ikun fis-sakra wkoll. Din l-imġieba, dik tal-akkużat, jiġifieri li stupra lil martu, baqgġet jirrepeti ruħu għal diversi snin, kważi 6 snin konsekuttivi, il-frekwenza tiddependi mill-aptit sikur tal-akkużat.

Kien matul il-lejl bejn 12 u t-13 ta’ Ġunju tas-sena 2020, wara li l-akkużat stupra b’mod vjolenti u bil-qawwa lill-vittma u sawwata wkoll ripetutament u kkawża il-ħsara fuq il-ġisem tagħha, li l-vittma rnexxielha taħrab u talbet l-għajnuna mill-Pulizija eżekuttiva, u eventwalment ġiet offruta pjan ta’ sigurtà.

Skont il-prosekuzzjoni fl-2014, il-vittma ma kellha l-ebda ħbieb u l-ebda ħajja soċjali minħabba l-attitudni tal-akkużat lejha. Madankollu, kien hemm persuna, li kienet ħabib tal-akkużat, li ssuġġerixxa li l-akkużat għandu jġiegħel lil martu taħdem għall-flus minflok ma jitlob lill-ħbieb jisilfuh il-flus.

Meta l-akkużat staqsa lil martu, il-vittma jekk riditx taħdem, hija aċċettat mill-ewwel. Ħabib tiegħu ħa lill-allegata vittma f’appartament ta’ raġel f’Buġibba, u qalilha li issa setgħet tagħmel flus. Ir-raġel kellu madwar 70 sena, u hi ħasbet li ttieħdet hemm biex tnaddaf l-appartament tiegħu u b’hekk taqla’ xi flus.

Madankollu, il-ħabib tal-akkużat mill-ewwel ċċara il-kwistjoni billi qalilha li kellha torqod mar-raġel biex taqla’ l-flus. Il-vittma, Il-mara baqgħet ixxukkjata b’tali aħbar u staqsiet jekk l-akkużat kienx jaf x’inhu x-xogħol li kellha tagħmel, jiġifieri li kellha laqgħa sesswali ma’ raġel ieħor u l-ħabib tal-akkużat assiguraha li l-akkużat kien jaf. eżattament dak li kellha tagħmel martu biex taqla’ l-flus.

Għalkemm il-mara kienet diġà tqila bl-ewwel wild tagħhom u għalkemm ma xtaqetx tagħmel dan l-att, ma kellhiex għażla oħra ħlief li tipprova tqalla l-flus lill-akkużat. Fil-fatt, dakinhar, hi qalgħet €40 minħabba l-laqgħa sesswali tagħha mar-raġel anzjan.

Madankollu, tali ammont ta’ €40 ma kienx l-ammont mixtieq li l-akkużat kien qed jixtieq, u dan l-ammont rrabjah ħafna mal-vittma, u qalilha li kien jistenna li ġġib id-dar mill-inqas €100., u spiċċa jgħid lil martu li hi kienet mara inutli.