Il-katavri ta’ Jesse Baird, preżentatur ta’ 26 sena u Luke Davies ta’ 29 sena instabu f’Bungonia erbat ijiem wara li ġie arrestat l-Uffiċjal tal-Pulizija akkużat bil-qtil tagħhom.
L-Uffiċjal, li kien f’relazzjoni ma’ wieħed mill-vittmi inizzjalment irrifjuta li jikkopera mal-Pulzija waqt l-investigazzjoni, pero eventwalment ta d-dettalji tal-post ta’ fejn kienu jinstabu l-katavri tal-vittmi.
Il-vittmi li kienu f’relazzjoni ma’ xulxin instabu f’dar privata, u huwa mifhum li l-qattiel prova jagħtihom bil-ġebel u fdalijiet oħra.
Waqt li għadu mhux magħruf x’wassal biex l-Uffiċjal tal-Pulizija joqtol lil koppja, mill-investigazzjoni jidher li l-akkużat kien f’ relazzjoni ma’ Jesse Baird u li r-relazzjoni ma spiċċatx fuq nota tajba.
Huwa mifhum ukoll li l-Uffiċjal tal-Pulzija qatel lil Baird u Davies bl-arma tan-nar tax-xogħol, waqt li jidher ukoll li l-post fejn instabu il-katavri mhux l-istess post fejn inqatlu.
//= $special ?>