Basketball Sport

Knock-out BOV Irġiel: Hibernians, Depiro u Mellieħa fis-semi-finali flimkien ma’ Starlites

Colin Schembri

Il-kampjonat Bank of Valletta se jagħmel wisa’ għat-tielet unur tal-istaġun, in-Knock-out hekk kif fi spazju ta’ tlett ġimgħat se jsiru l-partiti kollha. Wara dawn it-tlett kwarti tal-finali, il-Ħadd li ġej isiru s-semi-finali bejn Starlites JSD u Hibernians u Sigma Depiro kontra Mellieħa Libertas fil-waqt li l-finali hija skedata għall-10 ta’ Marzu.

Hibernians………….95

Valletta Fighters…81

(16-20)(24-22)(25-12)(30-27)

Hibernians rebħu l-ewwel kwarti tal-finali tal-Bank of Valletta Knock-out meta għelbu lil Valletta Fighters 95-81. Partita li sfortunatament kienet karateriżżata minn sensiela ta’ protesti minn naħa ta’ Valletta fejn għal xi ħin dehru wkoll li se jabbandunaw il-partita. Kollox seħħ fit-tielet sessjoni b’25 sekonda għat-tmiem fejn azzjoni bejn Billy Zammit u Julian Wait spiċċat b’dan tal-aħħar jintlaqat mingħajr intenzzjoni f’għajnejh u waqt li kien mal-art, Anton Axiaq mar joħodlu l-ballun minn idejh. Dan ħoloq reazzjoni qawwija mill-players ta’ Valletta li però ma ġietx kontrollata mill-uffiċjali li wara saffru żewġ fouls teknici lill-coach ta’ Valletta Harry Savaya li pprotesta b’mod qawwi wara li ħadd minn naħa tal-Pawlisti ma kien indivitwat mill-istess uffiċjali. Il-partita tkompliet wara diversi minuti u kienu l-Pawlisti li ħarġu rebbieħa. Sa’ san il-ħin, Valletta kienu għadhom fil-partita bil-Hibs fuq quddiem 61-54. Intant, il-partita kellha bidu bilanċjat fejn Hibs fetħu bil-punti ta’ Ivan Demcesen u Axiaq però Valletta wieġbu bi trippli minn Andy Attard u DeSean Mattox biex temmew l-ewwel sessjoni 20-16 minn fuq. Hibs fetħu aħjar fit-tieni perjodu meta kellhom it-trippli minn Zammit u Paul Attard biex marru punt minn fuq 25-24. Wara trippla fuq kull naħa minn Attard u Keith Charleston, Hibs kellhom break qasir ta’ 9-2 biex marru 38-31 minn fuq. Valletta ma ċedewx u kienu huma li għalqu s-sessjoni b’run ta’ 11-2 bi trippli ta’ Cassar, Mattox u Charleston biex daħlu jistrieħu 42-40 minn fuq.

Wara l-intervall, Valletta reġgħu fetħu tajjeb u minkejja li kien Demcesen li għamel l-ewwel punti, trippla ta’ Mattox u punti ta’ Cassar ħallew lil Valletta fuq quddiem. Hawn Hibs kellhom mument tajjeb meta għamlu break ta’ 13-0 li bdewh bi trippla ta’ Matthew Attard. Valletta wieġbu bil-punti ta’ Mattox u Attard qabel ma nqala dak li semmejna aktar ‘l fuq. Wara li tkompliet il-partita, Mason Hix kellhu 4 freethrows u t-taqsima għalqet bil-Hibs fuq quddiem 65-54. L-aħħar taqsima kienet bilanċjata biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin għal ħin twil, Punti minn Demcesen kabbru l-vantaġġ ta’ Hibs għal 16 -il punt 82-66 u minkejja li Valletta reġgħu naqqsu d-distakk għal disa’ punti 78-89, kienu Hibs li ħarġu rebbieħa 95-81.

Hibernians: P. Attard 9, B. Zammit 3, L. Attard, L. Farrugia 7, A. Axiaq 8, R. Aquilina, M. Attard 12, M. Hix 29, I. Demcesen 27, S. Simic.

Valletta Fighters: K. Charleston 22, N. Da Silva, J. Wait, D. Mattox 31, A. Attard 15, M. Farrugia, F. Lisondra, U. Satyanarayan, N. Cassar 13.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi, Nestor Rincon

Sigma Depiro……..65

Athleta………………44

(12-10)(14-7)(14-16)(25-11)

Sigma Depiro wkoll qatgħu passaġġ għas-semi-finali meta għelbu lil Athleta 65-44. Il-partita kellha svolta fit-tmien minuta tal-ewwel sessjoni fejn Athleta tilfu b’injury lil Dajuan Moorer b’injury. Athleta kellhom nieqsa wkoll lil Naz Buhagiar, Ryan Abela u Juan Cefai. Il-partita kellha bidu kwiet tant li sar-raba’ minuta tal-ewwel sessjoni kien hemm parita fuq skor baxx ta’ 4-4. Baskets minn Andrew Aquilina u Kameron Rooks reġgħu poġġew lil Depiro fuq quddiem qabel ma Athleta kellhom il-punti ta’ Malik Riddle għal parita ta’ 10-10. Athleta tilfu lil Moorer u Depiro għalqu s-sessjoni b’basket ta’ Rooks għal skor ta’ 12-10. Depiro fetħu t-tieni sessjoni b’sitt punti mingħajr risposta qabel ma Francesco Mifsud Bonnici u Matthew Gouder wieġbu għall-Athleta. Il-punti komplew ġejjin bil-mod u Depiro għalqu s-sessjoni bil-baskets minn Rooks u Miguel Brincat u daħlu jistrieħu 26-17 minn fuq.

Wara l-interval kien hemm trippla fuq kull naħa minn Gouder u Brincat. Baskets minn Riddle u Piotr Stelmach ressqu lill-Athleta viċin qabel ma Depiro għamlu break qasir ta’ 7-2 bi trippla ta’ Aquilina. L-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn Gouder u Stelmach biex Athleta naqqsu d-distakk għal seba’ punti 33-40. Fl-aħħar taqsima kien hemm il-punti ta’ Stelmach iżda hawn Depiro għamlu run deċisiva ta’ 14-0 bi trippli minn Brincat u Aquilina biex fetħu vantaġġ ta’ 19 -il punt 54-35. Athleta ppruvaw jirkupraw bil-punti ta’ Riddle però Depiro malajr wieġbu bi trippla ta’ Sean Galea u għalqu l-partita bl-aħħar sitt punti bil-baskets ta’ Rooks u Nenad Bukva biex ħadu r-rebħa 65-44.

SIGMA Depiro: S, Galea 3, L. Trapani, N. Bozovic 2, A. Aquilina 12, N. Grech, A. Hollins 4, K. Rooks 28, M. Brincat 10, M. Mallia 2, C. Cornelius 7, N. Bukva 2, M. Debattista.

Athleta: K. Fabri, M. Riddle 16, F. Mifsud Bonnici 6, L. Stefanovic, D. Moorer, M. Gouder 15, E. Abela, P. Stelmach 7. A. Garzia.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Artun Bayraktar.

Luxol……………………………………62

Mellieħa Libertas Spalding….108

(19-30)(18-19)(14-19)(11-40)

Mellieħa Libertas Spalding għaqqdu l-kwadru tas-semi-finali b’rebħa fuq Luxol 108-62. Mellieħa li diġa għelbu lil Luxol darbtejn fil-kampjonat issa jaffrontaw lil Hibernians fis-semi-finali. Mellieħa ddominaw il-partita partikolarment fl-aħħar taqsima li fiha għamlu 40 punt. Wara li Luxol għamlu l-ewwel punti tal-partita bi trippla ta’ Jean Paul Schembri, Mellieħa irrispondew bi break ta’ 15-3 bi trippla ta’ Alex Peacock flimkien ma punti minn David Bugeja li rritorna minn injury u Tederick Wolfe. Luxol kellhom risposta minn Marco Matijevic u trippli minn Nathan Xuereb però Mellieħa wkoll komlew bil-punti ta’ Peacock u trippla ta’ Corrado Mercurio biex temmew l-ewwel sessjoni 30-19 minn fuq. It-tieni taqsima kienet aktar bilanċjata u Luxol kellhom seba’ punti mingħajr risposta biex naqqsu d-distakk għal sitt punti 26-32. Mellieħa però malajr irkupraw u għamlu run ta’ 10-0 bejn Wolfe u Vukassin Jandric. Luxol kellhom it-trippli minn Nikola Jovanovic biex fl-intervall Luxol kienu 49-37 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kien hemm mill-ġdid bidu tajjeb minn Mellieħa bi break ta’ 12-3 bi trippla ta’ Robert Bonnici u punti minn Wolfe fosthom dunks spettakolari. Luxol irrispondew permezz ta’ Xuereb u Jovanovic però Mellieħa għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Jandric għal skor ta’ 68-39. L-aħħar taqsima bdiet bill-punti ta’ Mellieħa minn Kwame Thompson u trippla ta’ Mercurio segwiti minn baskets ta’ Marco Matijevic u Gael Hulson għal Luxol. Hawn Mellieħa għamlu run deċisiva ta’ 24-4 fejn diversi players niżżlu isimhom fost l-iskorers u ħafna mill-punti ġew minn fast breaks fejn Luxol bdew jitilfu l-pussess. Mellieħa għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Thompson u rebħu l-partita 108-62.

Luxol: S. Pace, I. Azzopardi 2, N. Jovanovic 26, A. Azzopardi, JP Schembri 3, N. Xuereb 15, G. Hulsen 4, M. Matijevic 10, S. Cappello 2.

Mellieħa Libertas: T. Wolfe 27, D. Bugeja 15, R. Bonnici 8, V. Jandric 15, I. Bonett 4, A. Peacock 15, K. Thompson 16, C. Mercurio 8.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Artun Bayraktar.